Opossum irqiq tal-Brażil
| Opossum irqiq tal-Brażil | |
|---|---|
| Klassifikazzjoni xjentifika | |
| Renju: | Animalia |
| Phylum: | Chordata |
| Klassi: | Mammalia |
| Sottoklassi: | Theria |
| Infraklassi: | Metatheria |
| Superordni: | Ameridelphia |
| Ordni: | Didelphimorphia (Gill,1872) |
| Familja: | Didelphidae (Gray,1821) |
| Sottofamilja: | Didelphinae |
| Ġeneru: | Marmosops (Matschie,1916) |
| Speċi: | M. paulensis |
| Isem binominali | |
| Marmosops paulensis (Tate,1931) | |
L-Opossum irqiq tal-Brażil jew Opossum ġurdien irqiq tal-Brażil, magħruf xjentifikament bħala Marmosops paulensis, huwa mammiferu marsupjal, tal-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi irqaq, nativ tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel.
Dan l-opossum irqiq arborju jew tas-siġar (Nowak,1999), ta' abitudni notturna (annimal li jilħaq il-quċċata ta' l-attivita tiegħu matul il-lejl), ġeneralment jippreferi jgħix f' abitat kemm ta' foresti tropikali tax-xita jew pluvjali, kif ukoll foresti tropikali umdi ta' elevazjoni baxxa u mal-kosta ta' l-Oċejan Atlaniku ta' Nofs in-nhar.
Dieta
[immodifika | immodifika s-sors]L-Opossum irqiq tal-Brażil huwa annimal b' dieta omnivora li tikkonsisti prinċipalment minn frott, insetti u annimali invertebrati u vertebrati żgħar varji.
Distribuzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Marmosops paulensis huwa speċi b' distribuzjoni ristretta fil-kontinent ta' l-Amerika t'isfel, b' firxa mal-kosta fix-xlokk tal-Brażil u huwa speċi endemika ta' dan il-pajjiż. L-ewwel darba li ġie skopert xjentifikament, kien instab f' Therezopolis, viċin Rio de Janeiro, f' São Paul, fil-Brażil.
Klassifikazjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Am. Mus. Novit. 493; 8.
- Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4
- The Paleobiology Database.
- Infonatura