Oħloq Tbissima
Dan l-artiklu huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Oħloq Tbissima hija maratona annwali li ssir Malta fejn jinġabru fondi b'risq il-missjonijiet li tieħu ħsieb is-Soċjetà Missjunarja ta' San Pawl fil-Perù, il-Pakistan u l-Filippini. L-għan ta' din il-maratona hu li jrawwem kuxjenza missjunarja permezz ta' filmati li jixhdu l-faqar, kif ukoll qsim ta' esperjenzi.
Edizzjoni 2012
[immodifika | immodifika s-sors]Din is-sena se tkun l-għaxar edizzjoni tal-maratona Oħloq Tbissima. Din se tkun maratona ta' xandir bejn it-3 u l-4 ta' Awwissu, 2012.
Edizzjoni 2011
[immodifika | immodifika s-sors]Għad-disa' sena konsekuttiva, iċ-ĊPI (ĊAM Productions International) organizzat din il-maratona ta' xandir bejn it-8 u l-10 ta' Lulju, 2011. Il-kanzunetta tal-maratona, fuq kliem ta' Fr. Louis Mallia mssp u mużika ta' Fr. Karm Debattista mssp, tkantat minn Glen Vella, Fr. Karm Debattista u l-kor Animae. Wara l-inawgurazzjoni tal-maratona mill-President ta' Malta George Abela, kien hemm 60 siegħa ta' spettaklu u divertiment mxandra fuq l-istazzjonijiet lokali Maltin. Għal din l-edizzjoni nġabru €171,152 li se jintużaw biex tiġi mgħejjuna ukoll Dar San Ġużepp, fejn tfal ta' etajiet differenti jgħammru hemmhekk.