Aqbeż għall-kontentut

Nora Gal

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Nora Gal
Ħajja
Twelid Odessa, 14 April 1912 (in Julian calendar)
Nazzjonalità Unjoni Sovjetika
Mewt Moska, 23 Lulju 1991
Post tad-dfin Ċimiterju ta' Donskoe
Familja
Konjuga/i Boris Kuzmin (en) Translate
Ulied
uri
Edukazzjoni
Alma mater Università Pedagoġika Statali ta' Moska 1937)
Livell tal-edukazzjoni candidate of philology (en) Translate
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni lingwista
traduttur
studjuż letterarju
editur kollaboratur
poeta
prożatur
Moviment artistiku povest
kritika letterarja
memorji
xogħol tradott

Eleonora Yakovlevna Galperina (bir-Russu: Элеонора Яковлевна Гальперина, magħrufa bħala Nora Gal (bir-Russu: Нора Галь), twieldet fis-27 ta' April 1912 u mietet fit-23 ta' Lulju 1991. Gal kienet traduttriċi, kritiku letterarju u teorista tat-traduzzjoni Sovjetika.[1]

Hija twieldet fis-27 ta' April 1912 f'Odessa. Missierha kien tabib u ommha avukata. Fi tfulitha marret toqgħod Moska mal-familja tagħha. Wara diversi tentattivi hija ġiet aċċettata fl-Istitut Pedagoġiku Lenin, minn fejn gradwat. Hija mbagħad temmet l-istudji postgradwatorji tagħha b'teżi dwar il-poeta Franċiż Arthur Rimbaud. Gal ippubblikat artikli dwar il-letteratura klassika u kontemporanja (Guy de Maupassant, Byron, Alfred de Musset). Hija żżewġet lill-kritiku letterarju Boris Kuzmin u aktar tard saret editur tax-xogħlijiet magħżula tiegħu.[2]

Meta kienet għadha l-iskola hija ppubblikat xi poeżiji, iżda matul l-istudji akkademiċi tagħha hija qalbet għall-proża. Lejn l-aħħar tas-snin tletin, kitbet ħafna artikli dwar il-letteratura kontemporanja. Gal bdiet il-karriera tagħha bħala traduttriċi matul it-Tieni Gwerra Dinjija u wara l-gwerra ddedikat ruħha għat-traduzzjoni ta' awturi bħal Jules Renard, Alexandre Dumas il-missier u H. G. Wells.

Fis-snin ħamsin, hija ttraduċiet Le Petit Prince ta' Antoine de Saint-Exupéry, rumanzi ta' J.D. Salinger, u To Kill a Mockingbird ta' Harper Lee għar-Russu. Hija saret traduttriċi rispettata u prominenti ħafna. Fl-aħħar traduzzjonijiet tagħha hija trattat kapulavuri bħal The Stranger ta' Albert Camus u Death of a Hero ta' Richard Aldington, kif ukoll kotba ta' Thomas Wolfe u Katherine Anne Porter. Gal ittraduċiet ukoll għadd ta' awturi tal-fantaxjenza, fosthom Isaac Asimov, Arthur C. Clarke, Roger Zelazny u Ursula K. Le Guin.

Fl-1972 kitbet Words Living and Words Dead (bir-Russu: Слово живое и мёртвое), manwal li fih bosta eżempji ta' traduzzjonijiet, kemm tajbin, kif ukoll ħżiena. F'xogħolha, hija sfidat konvenzjonijiet marbuta mat-traduzzjoni u tisħaq favur l-użu ta' stil mexxej u sempliċi minflok stil tekniku u diffiċli konvenzjonali. Dan ix-xogħol ġie sussegwentement rivedut u sal-1987 ġie stampat mill-ġdid għal erba' darbiet. Riċentement ġie stampat darbtejn, fl-2001 u fl-2004.

  1. Английский писатель в стране большевиков
  2. Горалик, Линор (2022-05-15). Частные лица. Биографии поэтов, рассказанные ими самими (bir-Russu). Litres. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |iktar= (għajnuna)