Aqbeż għall-kontentut

Mudell:PaġnaPrinċipali/Vetrina/Diċembru 2009

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Miguel de Cervantes kien rumanzier, poeta u drammaturgu Spanjol. L-aqwa opra tiegħu jibqa' r-rumanz Don Quixote, rikonoxxut bħala l-ewwel rumanz modern. Ix-xogħlijiet tiegħu huma sikwit meqjusa bħala fost l-iktar importanti fil-letteratura kollha. L-influwenza tiegħu fuq il-lingwa Spanjola kienet tant kbira li l-Ispanjol hu xi drabi imsejjaħ la lengua de Cervantes (Il-lingwa ta' Cervantes).

Aktarx li Miguel de Cervantes twieled Alcalá de Henares. Ma nafux il-jum eżatt meta twieled, imma x'aktarx kien id-29 ta' Settembru, il-festa tal-arkanġlu San Mikiel, billi kien hemm it-tradizzjoni li jagħtu l-isem tal-qaddis tal-ġurnata lit-trabi li jitwieldu dakinhar. Miguel de Cervantes tgħammed f'Alcalá de Henares (Spanja) fid-9 ta' Ottubru 1547 fil-parroċca ta' Santa María la Mayor.

Missieru, Rodrigo de Cervantes, li kellu antenati minn Cordoba imma kien ġej mill-Galizja, kien kirurgu, professjoni li iżjed tixbaħ 'l dik ta' tabib ta' llum. Skont xi awturi, per eżempju, Américo Castro u Daniel Eisenberg, miż-żewġ naħat tal-familja, Cervantes kellu antenati li kienu Lhud ikkonvertiti għall-Kristjaneżmu. Imma oħrajn bħal Jean Canavaggio ma jaqblux u jgħidu li din id-dixxendenza qatt ma ġiet ippruvata.

Aqra l-artiklu