Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/30 ta' Novembru
Dehra
30 ta' Novembru:
- 1943 – It-Tieni Gwerra Dinjija: Franklin D. Roosevelt, Winston Churchill u Josif Stalin laħqu ftehim dwar l-invażjoni tal-Ewropa maħsuba għal Ġunju tal-1944, imsejħa bil-kodiċi Operazzjoni Overlord .
- 1967 – Ir-Repubblika Popolari tal-Jemen t'Isfel saret indipendenti mir-Renju Unit.
- 1981 – Il-Gwerra Bierda: Rappreżentanti mill-Istati Uniti u l-Unjoni Sovjetika bdew in-negozjati f'Ġinevra għat-tnaqqis fl-armi nukleari ta' laħqa medja fl-Ewropa (il-laqgħat intemmu mingħajr konklużjoni fis-17 ta' Diċembru).
Twieldu f'dan il-jum...
- 1508 – Andrea Palladio, arkitett Taljan (m. 1580)
- 1667 – Jonathan Swift, kittieb u satiriku Irlandiż (m. 1745)
- 1874 – Winston Churchill (stampa), Prim Ministru tar-Renju Unit fit-Tieni Gwerra Dinjija (m. 1965)
Mietu f'dan il-jum...
- 1900 – Oscar Wilde, kittieb Irlandiż (t. 1854)
- 1935 – Fernando Pessoa, poeta Portugiż (t. 1888)
- 1957 – Beniamino Gigli, tenur Taljan (t. 1890)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' Sant'Indrija appostlu.