Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/27 ta' Lulju
Dehra
27 ta' Lulju:
- 1794 – Ir-Rivoluzzjoni Franċiża: Maximilien Robespierre ġie arrestat wara li nkoraġġixxa l-eżekuzzjoni ta' aktar minn 17,000 "għadu tar-Rivoluzzjoni".
- 1880 – It-Tieni Gwerra Anglo-Afgana: il-Battalja ta' Majwand – F'rebħa ta' Pirro, il-forzi Afgani, immexxija minn Ajub Khan, għelbu l-Armata Brittanika f'battalja qrib Majwand fl-Afganistan.
- 1953 – Intemmet il-Gwerra Koreana: L-Istati Uniti, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u l-Korea ta' Fuq iffirmaw ftehim ta' armistizju. Syngman Rhee, il-President tal-Korea t'Isfel, irrifjuta li jiffirma, iżda wiegħed li jżomm l-armistizju.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1667 – Johann Bernoulli, matematiku Żvizzeru (m. 1748)
- 1824 – Alexandre Dumas, awtur Franċiż (m. 1895)
- 1835 – Giosuè Carducci (stampa), kittieb Taljan, rebbieħ tal-Premju Nobel għal-Letteratura (m. 1907)
Mietu f'dan il-jum...
- 1844 – John Dalton, fiżiku u kimiku Ingliż (tb. 1776)
- 1917 – Emil Theodor Kocher, kirurgu Żvizzeru, rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Fiżjoloġija u l-Mediċina (t. 1841)
- 1924 – Ferruccio Busoni, pjanista Taljan (t. 1866)
Kommemorazzjonijiet...
Fil-Vjetnam jiċcelebraw Jum il-martri tal-gwerra. Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' San Pantaljun u ta' Santa Venera ta' Acireale.