Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/12 ta' Diċembru
Dehra
12 ta' Diċembru:
- 1098 – L-Ewwel Kruċjata: Il-massakru ta' Ma'arrat al-Numan – Il-Kruċjati qasmu s-swar tal-belt u mmassakraw xi 20,000 abitant. Meta sabu ruħhom bla ikel, irrikorrew għall-kannibaliżmu.
- 1901 – Guglielmo Marconi irċieva l-ewwel sinjal transatlantiku bir-radju.
- 1963 – Il-Kenja kisbet l-indipendenza mir-Renju Unit.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1821 – Gustave Flaubert (stampa), kittieb Franċiż (m. 1880)
- 1863 – Edvard Munch, pittur Norveġiż (m. 1944)
- 1915 – Frank Sinatra, kantant u attur Amerikan (m. 1998)
Mietu f'dan il-jum...
- 884 – Karlomannu II ta' Franza, Re tal-Franki oċċidentali
- 1889 – Robert Browning, poeta Ingliż (t. 1812)
- 1963 – Yasujiro Ozu, reġista Ġappuniż (t. 1903)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' Santa Ġovanna Franġiska Frances de Chantal.