Aqbeż għall-kontentut

Michael Refalo

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Michael Refalo
8. Ministru għall-Ġustizzja u l-Governanza

1 April 1995 - 28 Ottubru 1996
Joe Fenech (en) Translate - Charles Mangion
Membru tal-Kamra tad-Deputati ta' Malta

Ħajja
Twelid Tas-Sliema, 25 Frar 1936
Nazzjonalità Malta
Mewt Tas-Sliema, 3 Frar 2015
Edukazzjoni
Lingwi Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku

Michael Refalo (twieled fil-25 ta' Frar 1936 – miet fit-3 ta' Frar 2015) kien politiku u diplomatiku Malti. Refalo kien membru tal-Partit Nazzjonalista. Huwa kien membru tal-Kamra tad-Deputati bejn l-1971 u l-2003 u qeda r-rwoli ta' segretarju parlamentari u iktar 'il quddiem ta' Ministru għat-Turiżmu. Refalo kien il-Kummissarju Għoli ta' Malta fir-Renju Unit bejn l-2005 u Ottubru 2008. Huwa kien ukoll editur tal-gazzetta Il-Mument mill-1972 sal-1980.

Refalo twieled f'Tas-Sliema fil-25 ta' Frar 1936.[1] Huwa attenda l-Kulleġġ ta' San Alwiġi. Refalo sar avukat fl-1961.[2]

Fl-elezzjonijiet ġenerali tal-1962 u tal-1966 huwa kien kandidat għall-Kamra tad-Deputati ta' Malta mal-Partit Nazzjonalista, iżda ma ġiex elett fiż-żewġ elezzjonijiet. Fl-elezzjonijiet ġenerali tal-1971 huwa ġie elett fil-Kamra tad-Deputati. Huwa ġie elett mill-ġdid f'kull elezzjoni li saret wara sal-elezzjonijiet ġenerali tal-2003, għal total ta' 33 sena.

Fl-1987 huwa sar segretarju parlamentari għat-turiżmu, u fl-1992 inħatar mill-ġdid biex jaqdi din il-kariga. Matul il-mandat tiegħu huwa stabbilixxa l-għan li Malta tilqa' miljun turist fis-sena. Fl-1995 huwa sar Ministru għall-Ġustizzja u l-Kultura, u tliet snin wara nħatar bħala Ministru għat-Turiżmu u l-Kultura. Refalo kien il-Kummissarju Għoli għal Malta fir-Renju Unit bejn l-2005 u Ottubru 2008.

Huwa kien l-editur tal-gazzetta Il-Mument bejn l-1972 u l-1980.

Refalo sar Imsieħeb fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu fl-2007. Refalo miet fit-3 ta' Frar 2015 f'Tas-Sliema, tal-età ta' 78 sena.[3]

  1. ^ Schiavone, Michael J. (2009). Dictionary of Maltese Biographies Vol. 2 G-Z. Pietà: Pubblikazzjonijiet Indipendenza. p. 1353. ISBN 9789993291329.
  2. ^ [httpss://www.independent.com.mt/articles/2015-02-03/local-news/Former-Tourism-Minister-Michael-Refalo-dies-aged-78-6736129975 "Former Tourism Minister Michael Refalo dies, aged 78 - The Malta Independent"]. www.independent.com.mt. Miġbur 2022-08-21.
  3. ^ "Former Minister Michael Refalo passes away". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-21.