Martin Weinek
Dan l-artiklu dwar persuna huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Martin Weinek (twieled fl-1964) huwa attur Awstrijak, attur ta' karattru, produttur tal-inbid, entrepreneur u entertainer, probabilment magħruf l-aktar għar-rwol tiegħu fis-sensiela televiżiva Il-Kummissarju Rex (bħala l-Ispettur Fritz Kunz). Huwa jipproduċi l-inbid fl-Awstrija.
Weinek studja d-drama bejn l-1983 u l-1986 taħt il-Prof. Peter P. Jost.
Sa mill-1986, kien parti mill-Group 80 tat-teatri ta' Vjenna u kellu parti żgħira fil-film After-season, fejn ħadem il-parti ta' purtinar tal-liftijiet.
Fl-1987, ħa sehem fil-festival ta' Recklinghausen taħt id-direzzjoni ta' Georg Mittendrein f'The Lechner Edi looks into Paradise u ta' kennies fil-film Müllomania taħt id-direttur Dieter Berner.
Kull tant żmien, Weinek kien attiv b'film u bit-televiżjoni, bħal per eżempju fl-1989 fis-sensiela televiżiva Calafati Joe.
Minbarra l-ħajja teatrali, Weinek skopra d-delizzju tat-tkabbar l-inbid ma' martu Eva fl-1993, u għadu jkabbar l-inbid sal-lum fl-għelieqi tagħhom fejn Heiligenbrunn.
Filmografija
[immodifika | immodifika s-sors]- 1989: Calafati Joe (sensiela televiżiva)
- 1999-2004, 2008- : Il-Kummissarju Rex (sensiela televiżiva)
- 2004: Silentium
- 2005: Grenzverkehr
- 2006: Unter weißen Segeln (Episodju Träume am Horizont)
- 2007: Die Rosenheim-Cops (Episodju Liebe bis zum Ende)