Opossum irqiq ta' Neblina
Opossum irqiq ta' Neblina | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Metatheria |
Superordni: | Ameridelphia |
Ordni: | Didelphimorphia (Gill,1872) |
Familja: | Didelphidae (Gray,1821) |
Sottofamilja: | Didelphinae |
Ġeneru: | Marmosops (Matschie,1916) |
Speċi: | M. neblina |
Isem binominali | |
Marmosops neblina (Goldman,1912) |
L-Opossum irqiq ta' Neblina jew Opossum ġurdien irqiq ta' Neblina, magħruf xjentifikament bħala Marmosops neblina, huwa mammiferu marsupjal, tal-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi irqaq, nattiv tal-Amerika ta' isfel.
Dan l-opossum irqiq ta' abitudni notturna huwa marsupjal arborju jew tas-siġar (Nowak,1999), u ġeneralment jippreferi jgħix f'abitat ta' foresti tropikali tax-xita jew pluvjali tal-muntanji f'elevazjonijiet għolja.
Dieta
[immodifika | immodifika s-sors]L-Opossum irqiq ta' Neblina, huwa marsupjal omnivoru u d-dieta prinċipali tiegħu tikkonsisti minn frott u insetti varji.
Distribuzzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]l-opossum irqiq Marmosops neblina għandu distribuzzjoni fil-kontinent tal-Amerika ta' isfel u jinsab mifrux fil-Venezwela u l-Brażil. L-ewwel darba li ġie skopert xjentifikament kien instab f' elevazjoni ta' 1800 metru 'l fuq mil-livel tal-baħar, f' Amazons Camp VII (00°50'40"N, 65°58'10"W), ta' Cerro de la Neblina, fil-Venezwela.
Klassifikazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Sinonimi
[immodifika | immodifika s-sors]"Marmosops impavidus neblina" huwa sinonimu jew l-istess bħal u jirreferi għal Marmosops neblina ta' Gardner, 1990.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- K.H. Redford and J.F. Eisenberg: Advances in Neotropical Mammalogy, The Sandhill Press, Inc., p. 414.
- Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4
- The Paleobiology Database.
- Infonatura sit b'informazjoni rigward il-fawna tal-kontinent tal-Amerika ta' isfel fosthom il-marsupjali