Opossum irqiq ta' Hendley
Opossum irqiq ta' Hendley | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Metatheria |
Superordni: | Ameridelphia |
Ordni: | Didelphimorphia (Gill,1872) |
Familja: | Didelphidae (Gray,1821) |
Sottofamilja: | Didelphinae |
Ġeneru: | Marmosops (Matschie,1916) |
Speċi: | M. handleyi |
Isem binominali | |
Marmosops handleyi (Pine,1981) |
L-Opossum irqiq ta' Hendley jew Opossum ġurdien irqiq ta' Hendley, magħruf xjentifikament bħala Marmosops handleyi, huwa mammiferu marsupjal, tal-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi irqaq, nativ tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel.
Dan l-opossum irqiq ta' abitudni notturni huwa marsupjal arborju (Nowak,1999) u ġeneralment jippreferi jgħix f' abitat ta' foresti tropikali tax-xita jew pluvjali.
Dieta
[immodifika | immodifika s-sors]L-Opossum irqiq ta' Hendley huwa annimal omnivoru u d-dieta prinċipali tikkonsisti minn frott, insetti u annimali vertebrati u invertebrati żgħar ukoll.
Distribuzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]l-opossum irqiq Marmosops handleyi għandu distribuzjoni ristretta fil-kontinent ta' l-Amerika t'isfel. Dan il-marsupjal jinsab biss f' arja fiċ-ċentru tal-Kolombja u huwa speċi endemika ta' dan il-pajjiż.
Klassifikazjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4
- The Paleobiology Database.
- Infonatura
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- New World Marsupial Specialist Group 1996.Marmosops handleyi In: IUCN 2006. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. Downloaded on 19 January 2007.
- Tassonomija tal-Mammiferi.