Opossum ġurdien ta' Robinson
| Opossum ġurdien ta' Robinson | |
|---|---|
| Klassifikazzjoni xjentifika | |
| Renju: | Animalia |
| Phylum: | Chordata |
| Klassi: | Mammalia |
| Sottoklassi: | Theria |
| Infraklassi: | Metatheria |
| Superordni: | Ameridelphia |
| Ordni: | Didelphimorphia (Gill,1872) |
| Familja: | Didelphidae (Gray,1821) |
| Sottofamilja: | Didelphinae |
| Ġeneru: | Marmosa (Gray,1821) |
| Speċi: | M. robinsoni |
| Isem binominali | |
| Marmosa robinsoni (Bangs,1898) | |
| Firxa tal-Opossum ġurdien ta' Robinson Marmosa robinsoni | |
L-Opossum ġurdien ta' Robinson, magħruf xjentifikament bħala Marmosa robinsoni, huwa mammiferu marsupjal, li qiegħed ikklassifikat fil-familja Didelphidae (didelfidu) u fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju). Dan l-opossum huwa wieħed mill-opossumi ġrieden, nattiv tal-kontinent tal-Amerika ta' isfel.
Dieta
[immodifika | immodifika s-sors]L-Opossum ġurdien ta' Robinson huwa annimal omnivoru u d-dieta prinċipali tikkonsisti minn frott, insetti u annimali vertebrati u invertebrati żgħar oħrajn.
Distribuzzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Marmosa robinsoni huwa speċi ta' opossum ġurdien b' distribuzzjoni fl-Amerika ċentrali u fil-kontinent tal-Amerika ta' isfel mifruxa fil-Beliże, Ekwador, Grenada, Ħonduras (fuq il-gżira ta' Ruatan), Kolombja, Panama, Peru u Venezwela.
Klassifikazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Sottospeċi
[immodifika | immodifika s-sors]Hemm tmien sottospeċi rikonoxxuti ta' Marmosa robinsoni.[1]
- Marmosa robinsoni robinsoni
- Marmosa robinsoni chapmani
- Marmosa robinsoni fulviventer
- Marmosa robinsoni grenadae
- Marmosa robinsoni isthmica
- Marmosa robinsoni luridavolta
- Marmosa robinsoni ruatanica
- Marmosa robinsoni simonsi
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4
- Infonatura, sit b' informazzjoni dwar il-flora u l-fawna tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel inklużi l-opossumi.
Ħoloq Esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- New World Marsupial Specialist Group 1996.Marmosa robinsoni In: IUCN 2006. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. Downloaded on 19 January 2007.
- Tassonomija tal-Mammiferi.