Mario Monti
Mario Monti (twieled fid-19 ta' Marzu 1943) kien Prim Ministru tal-Italja għal sena u nofs, bejn is-16 ta' Novembru 2011 sat-28 ta' April 2013, u huwa ekonomista u politiku Taljan li twieled f'Varese, fil-Lombardia.
Studji
[immodifika | immodifika s-sors]Huwa ggradwa fl-ekonomija u l-immaniġġjar mill-Università Bocconi ta' Milan. Kompla bl-istudji universitarji tiegħu fl-Università ta' Yale, Connecticut, fl-Istati Uniti, fejn kien studja fil-klassijiet ta’ James Tobin, rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Ekonomija.
Politika
[immodifika | immodifika s-sors]L-ewwel gvern ta' Silvio Berlusconi fl-Italja kien għazlu bħala Kummissarju Ewropew fl-1994. Erba' snin wara, il-gvern ta' Massimo D'Alema kien ikkonfermah f'dik il-ħatra. It-tieni gvern ta' Berlusconi, fl-2004, ma kkonfermahx bħala Kummissarju Ewropew u minfloku ppropona lil Rocco Buttiglione. Iżda dan ma ġiex aċċettat mill-Parlament Ewropew u l-gvern Taljan ippropona lil Franco Frattini. Mario Monti kien il-President tal-Università Bocconi ta' Milan u l-ewwel President tal-grupp Bruegel, "think tank" Ewropew li twaqqaf fl-2005.
Huwa sar l-54 Prim Ministru tal-Italja, u Ministru tal-Ekonomija u l-Finanzi, fit-12 ta' Novembru 2011 wara r-riżenja ta' Berlusconi. Ġimgħa qabel, il-President ta’ dak iż-żmien, Giorgio Napolitano, kien ħatru senatur għall-għomor.
Mis-16 ta’ Mejju 2013 sas-17 ta’ Ottubru 2013, Monti kien il-President ta’ Scelta Civica (Għażla Ċivika), partit politiku ċentrista.[1]
Ħajja Personali
[immodifika | immodifika s-sors]Huwa żżewweġ lil Elsa Antonioli fl-1970 u għandu żewġ ulied.[2]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Parties and Elections in Europe". www.parties-and-elections.eu. Miġbur 2021-05-05.
- ^ "Monti "non era un secchione": parla Padre Uberto Ceroni, suo ex prof |". Blitz quotidiano (bit-Taljan). 2012-02-10. Miġbur 2021-05-05.