Marianne Lederer
Marianne Lederer | |||
---|---|---|---|
1990 - 1999 ← Danica Seleskovitch (en) - Fortunato Israël (en) → | |||
Ħajja | |||
Twelid | Pariġi, 1934 (89/90 sena) | ||
Nazzjonalità | Franza | ||
Edukazzjoni | |||
Livell tal-edukazzjoni | dottorat | ||
Studenti dottorali |
Clare Donovan (en) Tatiana Bodrova-Gogenmos (en) | ||
Lingwi |
Ġermaniż Ingliż Franċiż | ||
Okkupazzjoni | |||
Okkupazzjoni |
traduttur għalliem fl-università interpretu |
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Marianne Lederer (twieldet fl-1934) hija studjuża Franċiża tat-traduzzjoni. Flimkien ma’ Danica Seleskovitch, li pproponiet it-Teorija Interpretattiva tat-Traduzzjoni, Lederer kompliet tiżviluppa din it-teorija. Lederer ippubblikat ukoll numru ta’ xogħlijiet dwar il-pedagoġija tat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni. Ix-xogħlijiet tagħha influwenzaw b’mod partikulari r-riċerka u l-pedagoġija fil-qasam tal-interpretazzjoni u t-traduzzjoni fuq livell globali.
Riċerka
[immodifika | immodifika s-sors]Permezz tal-introduzzjoni tat-Teorija Interpretattiva tat-Traduzzjoni, fl-1970, introduċiet il-perspettiva fuq it-traduzzjoni bħala proċess trijangulari, iktar milli bħala proċess ta’ kodifikazzjoni lineari. Din it-teorija influwenzat ħafna l-pedagoġija tat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni madwar id-dinja. Ix-xogħlijiet ta’ Lederer dwar it-Teorija tal-Interpretazzjoni ġew użati fit-tagħlim tal-interpretazzjoni. Ix-xogħlijiet tagħha ġew tradotti għall-Ingliż, iċ-Ċiniż, il-Ġorġjan, l-Għarbi, is-Serb, il-Korean, l-Ungeriż, l-Ispanjol, u l-Persjan.
Flimkien ma’ Seleskovitch, hija kienet waħda mill-ewwel tradutturi li tbiegħdu mil-lingwistika strutturali, li kienet għadha dominanti fis-sebgħinijiet. Dan sar billi t-traduttur tpoġġa fiċ-ċentru tal-proċess. Apparti minn hekk, huma rrikorrew għal dixxiplini oħra bħal dawk tal-psikoloġija u n-newropsikoloġija biex jispjegaw il-proċess konjittiv tal-interpretazzjoni u t-traduzzjoni. Lederer hija wkoll waħda mill-fundaturi u promoturi tal-Iskola tal-Interpretazzjoni f’Pariġi, li tħeġġeġ l-interpretazzjoni fil-lingwa materna (jew fl-ewwel lingwa).
Lederer hija koeditur ta’ Forum, ġurnal internazzjonali dwar l-interpretazzjoni u t-traduzzjoni, ippubblikat minn John Benjamins Publishing. Hija membru tal-Assoċċjazzjoni Internazzjonali tal-Interpreti tal-Konferenzi (AIIC) u membru tas-Soċjetà Ewropea għall-Istudji tat-Traduzzjoni (EST). Fl-2002, hija rċiviet il-premju Danica Seleskovitch għax-xogħol prominenti tagħha għall-interpreti u r-riċerka fl-interpretazzjoni.
Għalkemm Lederer irtirat fl-2002, hija xorta baqgħet tirriċerka u tippubblika diversi kotba. Hija wkoll affiljata mal-grupp tar-riċerka CLESTHIA li jinsab fl-Università ta’ Sorbonne Nouvelle. F’Novembru tal-2011, ingħatat il-medalja Joseph Zaarour fl-Università Saint Joseph li tinsab f’Bejrut, għall-kontribuzzjonijiet tagħha fl-istudji tat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni.