Aqbeż għall-kontentut

Madonna ta' Coromoto

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Il-Madonna ta' Coromoto (bl-Ispanjol: Nuestra Señora de Coromoto, magħrufa wkoll bħala Il-Verġni ta' Coromoto) hija immaġini li tingħata ġieħ mill-Kattoliċi li tirrafigura dehra tal-Verġni Marija. Fl-1950 ġiet dikjarata bħala l-patruna tal-Veneżwela.

Ikona tal-Madonna ta' Coromoto
Statwa tal-Verġni ta' Coromoto fi Guanare

Meta l-belt ta' Guanare (kapitali tal-istat ta' Portuguesa) twaqqfet fl-1591, it-tribù Indjan li kien jgħix dak ir-reġjun, il-Cospes, ħarab lejn il-ġungla tat-Tramuntana. Kien minn dakinhar li bdiet l-evanġelizzazzjoni ta' dawk l-artijiet. L-ewwel dehra tal-Verġni Marija kienet nhar it-8 ta' Settembru, 1652, fil-foresta fejn kienu ħarbu il-Cospes. Il-Madonna dehret lill-Cacique (il-kap tat-tribù) Coromoto u lil martu u qaltilhom bil-lingwa tagħhom: "Morru fid-dar tal-bojod u saqsuhom biex ixerrdu l-ilma fuqhom sabiex ikunu jistgħu jmorru s-sema". Sussegwentament, Marija saqsiet lilu u lit-tribù sabiex jirċievu l-magħmudija. It-tradizzjoni orali tgħid li Cacique Coromoto irrakonta lill-encomendero don Juan Sánchez dwar din il-viżjoni, fejn qallu biex jipprepara lilu u lit-tribù ħalli jitgħallmu l-katekiżmu u b'hekk ikunu jistgħu jitgħammdu fi żmien tmient ijiem.

Diversi indiġeni Cospes ikkonvertew u ġew mgħammda, imma mhux il-kap, minħabba li ħassu skomdu li taħt reliġjon ġdida ma kienx se jibqa' l-kap leġittimu tal-poplu tiegħu. Għalhekk ħarab fil-foresta, fejn hemmhekk il-Madonna reġgħet dehritlu. Coromotto, b'suppervja, prova jgħalli idejh sabiex jaqbadha, imma din sparixxiet. Din id-dehra ġiet konfermata minn sinjal mirakoluż magħmul minn fibra tal-injam, li ġew imfittixja u aktar tard instabu. Illum il-ġurnata, din ir-relikwa hi venerata fis-santwarju nazzjonali tal-Madonna ta' Coromotto.

Cacique Coromoto irrakonta l-istorja fuq kif ġie migdum minn serp velenuż u reġa' lura lejn Guanare imweġġa' u għoddu mejjet, u beda jistaqsi sabiex jiġi mgħammed, magħmudija li saret fir-reġjun ta Barinas. Hu sar Appostlu tal-Kristjaneżmu, u bl-isem Kristjan ta' Anġlu Kustodju u mfejjaq mill-velenu, Coromoto sejjaħ lill-ftit ribelli indiġeni Cospes sabiex jitgħammdu.

Kanonizzazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-1950, il-Papa Piju XII iddikjaraha bħala l-patruna tal-Veneżwela. Il-Papa Ġwanni Pawlu II fiż-żjara tiegħu fis-santwarju Marjan ta' Guanare inkuruna l-istatwa, u l-Papa Benedittu XVI tella' s-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Coromoto għall-grad ta' Bażilika Minuri.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]