Louisa May Alcott

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Louisa May Alcott
Ħajja
Isem propju Louisa May Alcott
Twelid Germantown (en) Translate, 29 Novembru 1832, 1832
Nazzjonalità Stati Uniti tal-Amerka
Residenza Boston
Concord (en) Translate
Fruitlands (en) Translate
Concord (en) Translate
Boston
Walpole (en) Translate
Orchard House (en) Translate
Ewropa
Ewropa
L-ewwel lingwa Ingliż
Mewt Boston, 6 Marzu 1888
Post tad-dfin Sleepy Hollow Cemetery (en) Translate
Kawża tal-mewt  (puplesija)
Familja
Missier Amos Bronson Alcott
Omm Abby May
Konjuga/i Not married
Ulied
uri
  • no value
Aħwa
Familja
Edukazzjoni
Alma mater no value
Lingwi Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kittieb
infermier
poeta
rumanzier
kittieb tal-kotba tat-tfal
għalliem
ħaddiem domestiku
suffraġist
Xogħlijiet importanti Little women (en) Translate
An Old-Fashioned Girl (en) Translate
Jo's Boys (en) Translate
Work: A Story of Experience (en) Translate
Eight Cousins; or, The Aunt-Hill (en) Translate
Rose in Bloom (en) Translate
Under the Lilacs (en) Translate
Jack and Jill: A Village Story (en) Translate
Flower Fables (en) Translate
The Brownie and the Princess (en) Translate
Premjijiet
Moviment abolizzjoniżmu
Psewdonomu A. M. Barnard, Flora Fairfield, Flora Fairchildu Tribulation Periwinkle
Moviment artistiku letteratura Gotika
Servizz militari
Iġġieldu Gwerra Ċivili Amerikana

Louisa May Alcott (/ˈɔːlkət, -kɒt/; 29 ta’ Novembru 1832 – 6 ta’ Marzu 1888) kienet rumanziera Amerikana, kittieba ta’ stejjer qosra, u poetessa. Hija magħrufa l-aktar bħala l-awtriċi tar-rumanz Little Women (1868) u r-rumanzi li jsegwuh f’din is-serje, Little Men (1871) u Jo's Boys (1886).[1] Trabbiet f’New England minn Abigail May u Amos Bronson Alcott, li kienu ġenituri traxxendentali. May Alcott kibret fost ħafna intellettwali magħrufa ta’ dak iż-żmien, bħal Margaret Fuller[2], Ralph Waldo Emerson, Nathaniel Hawthorne, Henry David Thoreau, u Henry Wadsworth Longfellow[3].

Il-familja ta’ Alcott kellha problemi finanzjarji u ta’ età żgħira marret taħdem sabiex tgħin lil familtha. Għaldaqstant, bdiet issib żvog fil-kitba, u xogħlijietha bdew jiksbu suċċess fost il-kritiċi tas-snin sittin tas-seklu dsatax. Fil-bidu tal-karriera tagħha, Alcott kultant kienet tagħmel użu mill-psewdonimu A. M. Barnard; kitbet stejjer qosra u rumanzi għall-adulti li jqajmu sensazzjoni u jiffokaw fuq il-passjoni u l-vendetta.[4]

Little Women, li ġie ppubblikat fl-1868, huwa ambjentat fid-dar tal-familja Alcott, Orchard House, f'Concord, Massachusetts. Huwa bbażat fuq l-esperjenzi tat-tfulija ta’ Alcott mat-tliet aħwa tagħha, Abigail May Alcott Nieriker, Elizabeth Sewall Alcott, u Anna Alcott Pratt. Ir-rumanz intlaqa’ tajjeb u għadu popolari sal-lum il-ġurnata, kemm fost it-tfal kif ukoll fost l-adulti. Ġie adattat bosta drabi għall-palk, għall-films u għat-televixin.

Alcott, abolizzjonista u femminista, baqgħet xebba ħajjitha kollha. Hija kienet attiva f'movimenti ta' riforma għad-dritt tal-vot tan-nisa.[5] Mietet f’Boston fis-6 ta’ Marzu, 1888, b’puplesija, jumejn biss wara li miet missierha.

Suċċess letterarju[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-1860, Alcott bdiet tikteb għall-Atlantic Monthly. Meta faqqgħet il-Gwerra Ċivili, hija serviet bħala infermiera f’Union Hospital f'Georgetown, DC, għal sitt ġimgħat bejn l-1862 u l-1863.[6] Hija kellha l-ħsieb li taħdem għal tliet xhur bħala infermiera, iżda mardet bid-deni tat-tifojde u spiċċat fil-periklu tal-mewt. Madanakollu, hija eventwalment irkuprat. L-ittri li bagħtet id-dar ġew riveduti u ppubblikati f’Commonwealth, gazzetta kontra l-iskjavitù. Fl-1863 kienu miġbura bħala Hospital Sketches u ppubblikati mill-ġdid fl-1869.[6] Ingħatat l-ewwel rikonoxximent kritiku għall-osservazzjonijiet u l-umoriżmu f’dan ix-xogħol.[7] Hospital Sketches ġie ispirat mill-esperjenza tagħha fl-armata.[8] Alcott kitbet dwar il-ġestjoni ħażina tal-isptarijiet, l-apatija u l-indifferenza ta’ wħud mill-kirurgi u kif ukoll, dwar il-passjoni tagħha sabiex tesperjenza l-gwerra direttament.[9] Fit-tranżizzjoni tiegħu mill-innoċenza għall-maturità, il-protagonist tagħha, Tribulation Periwinkle huwa  “xhud serju u elokwenti”.[10] Ir-rumanz Moods (1864) huwa wkoll ibbażat fuq l-esperjenza tagħha.[11]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Cullen-DuPont, Kathryn (2000). Encyclopedia of women's history in America. New York: Facts On File. pp. 8–9.
  2. ^ "Humanity, Said Edgar Allan Poe, Is Divided Into Men, Women, And Margaret Fuller". AMERICAN HERITAGE (bl-Ingliż). Miġbur 2023-03-23.
  3. ^ "Louisa May Alcott | American Masters | PBS". American Masters (bl-Ingliż). Miġbur 2023-03-23.
  4. ^ "Publishers' Bindings Online: Louisa May Alcott". bindings.lib.ua.edu. Miġbur 2023-03-23.
  5. ^ Norwich, John Julius (1990). Oxford illustrated encyclopedia. Oxford [England]: Oxford University Press. p. 11. ISBN 978-0-19-869137-2.
  6. ^ a b Richardson, Charles F. (1911). "Alcott, Louisa May" . In Chisholm, Hugh (ed.). Encyclopædia Britannica. Vol. 1 (11th ed.). Cambridge University Press. p. 529.
  7. ^ Peck, Garrett (2015). Walt Whitman in Washington, D.C. : the Civil War and America's great poet. Charleston, SC: The History Press. pp. 73–76. ISBN 978-1626199736.
  8. ^ Johnson, Rossiter (1906). "Alcott, Louisa May". The Biographical Dictionary of America. Vol. 1. Boston: American Biographical Society. pp. 68–69.
  9. ^ Dromi, Shai M. (2020). Above the fray : the Red Cross and the making of the humanitarian NGO sector. Chicago. p. 26. ISBN 9780226680101.
  10. ^ Alcott, Louisa May (1988). Alternative Alcott. Rutgers University Press. ISBN 978-0813512723.
  11. ^ Elbert, Sarah (1984). A Hunger for Home: Louisa May Alcott and Little Women. Temple UP.