Lista tal-għasafar ta' Malta
Din hi lista tal-ispeċi tal-għasafar li jidhru f'Malta. L-avifawna ta' Malta fiha 384 speċi b'kollox, li minnhom 167 jidhru kultant. In-numru ta' għasafar li jbejtu Malta hu limitat; hemm 21 li jbejtu regularment u 17 li jbejtu kultant. Madankollu, billi l-gżejjer Maltin qegħdin fuq rotta importanti ta' migrazzjoni ħafna speċi oħra jgħaddu minnhom matul ir-rebbiegħa u l-ħarifa.
L-ispeċi li jidhru kultant huma inklużi f'din il-lista u huma mmarkati bl-ittra (K).
Nota fuq ix-xbihat: Infakkru li r-rix tal-għasafar tal-istess speċi jista' jinbidel skont is-sess, l-istaġun u l-ambjent u hawn nagħtu xbieha waħda (u kultant tnejn).
| Werrej |
|---|
|
Għasafar mhux Passeriformi: Bugħaddasa . Blonġuni . Garni . Kanġi . Pellikani . Suli . Marguni . Russetti, agretti u kwakk . Ċikonji . Ibis u paletti . Fjamingi . Papri, wiżż u ċinji . Arpa . Kuċċard, astuni, avultuni, bugħadam, sparvieri u ajkli . Bisien . Summien u ħaġel . Graw . Gallozz . Pitarruni . Gallina tal-Baħar . Xwejjef . Telleriti . Nankini u perċinjotti . Venewwi, pluvieri u birwin . Begazzini u bħalhom . Gawwi . Ċirlew . Ċwief . Purċinelli u mwies . Gangi . Tuduni u Gamiem . Daqquq . Barbaġann . Kokk . Bqaraq . Runduni . Għasfur ta' San Martin . Qerd in-Naħal . Farruġ . Daqquq tat-Toppu . Bulebbieta . |
|
Għasafar Passeriformi: Alwett . Ħuttaf . Diżżi, zikzka u bħalhom . Buful . Sultan l-Isponsuni . Għasfur tax-Xmajjar . Bumisturi . Żwiemel . Mlievez . Ċistikoli . Bekkafiki u bħalhom . Rożinjoli u bħalhom . Primaveri . Daqquqa tal-Ġebel . Pendulini . Orjoli . Kaċċamenduli . Ċawl . Sturnelli . Għammiela . Virej . Sponsuni . Durrajs . Bumunqar Amerikan . |
Għasafar mhux Passeriformi
[immodifika | immodifika s-sors]Bugħaddasa
[immodifika | immodifika s-sors]Orndi: Gaviiformes. Familja: Gaviidae
Il-Bugħaddasa huma grupp ta' għasafar akwatiċi li jinstabu f'ħafna partijiet tal-Amerika ta' Fuq u l-Ewropa ta' Fuq. Huma daqs papra kbira jew wiżżu żgħir u meta jkunu qegħdin jgħumu jixbħuhom ftit jew wisq lil dawn, imma ma jiġu xejn minnhom. Hemm 5 speċi ta' bugħaddasa u speċi waħda li tidher f'Malta.
Bugħaddas tal-Maltemp Gavia stellata (K)
Blonġuni
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni:Podicipediformes. Familja:Podicipedidae
Il-Blonġuni huma għasafar għaddasa fl-ilma ħelu ta' daqs mezzan. Għandhom is-swaba ta' saqajhom bil-paletti u huma għawwiema u għaddasa tajbin ħafna. Pero saqajhom qegħdin lura ħafna f'gisimhom u għalhekk huma bla grazzja fuq l-art. Hemm 19-il speċi minnhom madwar id-dinja u 4 jidhru f'Malta.
Blonġun Żgħir Tachybaptus ruficollis Blonġun tal-Widnejn
Podiceps auritusBlonġun Prim
Podiceps cristatusBlonġun Sekond
Podiceps nigricollis
Garni
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni:Procellariiformes. Familja:Procellariidae
Il-familja tal-Procellariidae hi grupp ta' għasafar tal-baħar. Din il-familja hija parti mill-ordni tal-għasafar Procellariiformes (jew ta' mniħirhom tubu).
Il-procellariidae hi l-familja l-aktar numeruża tal-għasafar ta' mniħirhom tubu, u l-aktar diversa. Ivarjaw fid-daqs minn għasafar li huma kbar kważi daqs l-albatru, sal-Pachyptila u l-Halobaena, li huma żgħar daqs l-iżgħar kanġi. Dawn jieklu l-ħut, il-klamari u l-krostaċej, u ħafna minnhom jieklu wkoll l-iskart tas-sajd u l-ħut mejjet. L-ispeċi kollha għandhom il-ħila jħufu għall-ikel fil-bogħod u jagħmlu migrazzjonijiet twal trans-ekwatorjali. Jibqgħu fidili lejn parhom u dejjem jinżlu fl-istess post. Fl-ispeċi kollha, kull par ikollu bajda waħda kull staġun tat-tgħammir. Iż-żmien tal-inkubazzjoni u tat-trobbija tal-frieħ hu eċċezzjonalment twil imqabbel ma' dak ta' għasafar oħra. Hemm 77 speċi mad-dinja kollha u 5 minnhom jidhru f'Malta.
Ċiefa
Calonectris diomedeaGarnija tal-Atlantiku
Puffinus griseus (K)Garnija
Puffinus puffinus (K)Garnija Maltija
Puffinus yelkouanPuffinus mauretanicus (K)
Kanġi
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Procellariiformes. Familja: Hydrobatidae
Il-kanġi (hydrobatidae) jiġu mill-ġarniji (procellariidae) u huma l-iżgħar għasafar tal-baħar. Jgħixu fuq il-krostaċej plantoniċi u ħut żgħir li jaqbdu minn wiċċ l-ilma, is-soltu huma u sseqqru. Meta jtiru jferfru ġwinħajhom u xi minn daqqiet ikunu qieshom friefet il-lejl. Hemm 20 speċi mad-dinja kollha u 2 minnhom jidhru Malta.
Kanġu ta' Filfla
Hydrobates pelagicusdKanġu tal-Atlantiku
Oceanodroma leucorhoa (K)
Pellikani
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Pelecaniformes. Familja: Pelecanidae
Il-Pellikani huma għasafar kbar tal-baħar li għandhom borża kbira distintiva taħt il-munqar. Bħall-membri l-oħra tal-ordni tal-Pelecaniformes, għandhom erba' swaba magħqudin. Hemm 8 speċi mad-dinja kollha u speċi waħda li tidher Malta.
Pellikan
Pelecanus Onocrotalus (K)
Suli
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Pelecaniformes. Familja: Sulidae
Il-familja tas-sulidae fiha għasafar ta’ daqs minn medju sa kbir li jgħixu mal-kosta u li jinżlu sparati meta jogħdsu għall-ħut. Hemm xi 10 speċi mad-dinja kollha u waħda minnhom tidher f’Malta.
Sula
Morus Bassanus
Marguni
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Pelecaniformes. Familja: Phalacrocoracidae
Il-marguni (phalacrocoracidae) huma familja ta' għasafar tal-baħar ta’ daqsijiet minn medji għal kbar li jgħixu fuq il-ħut. Il-kulur tar-rix ivarja imma l-maġġoranza huma kważi suwed kollha, xi speċi huma suwed u bojod u ftit għandhom xi kuluri. Hemm 39 speċi mad-dinja kollha u 3 minnhom jidhru Malta.
Margun
Phalacrocorax CarboMargun Tat-Toppu
Phalacrocorax Aristotelis (K)Margun Żgħir
Phalacrocorax Pygmaeus (K)
Russetti, agretti u kwakk
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Ciconiiformes. Familja: Ardeidae
Il-membri tal-familja tal-Ardeidae għandhom għonqhom u saqajhom twal, imma kontra l-għasafar l-oħra ta' għonqhom twil bħaċ-ċikonji u l-ibis itiru b'għonqhom imdaħħal. Hemm 63 speċi mad-dinja kollha u 10 minnhom jidhru Malta.
Kappun
Botaurus StellarisRussett tas-Siġar
Ixobrychus MinutusRussett Griż
Ardea CinereaRussett Aħmar
Ardea PurpureaRussett Abjad
Ardea AlbaEgretta Garzetta Egretta Gularis (K) Agrett tal-Bhejjem
Bubulcus IbisAgrett Isfar
Ardeola RalloidesKwakka
Nycticorax Nycticorax
Ċikonji
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Ciconiiformes. Familja: Ciconiidae
Iċ-ċikonji huma għasafar kbar, b'għonqhom twil, saqajhom twal, munqar twil u oħxon li jċafċfu fl-ilma. Iċ-ċikonji huma muti u ċ-ċekċik tal-munqar huwa mod importanti biex jikkomunikaw fil-bejta. Il-bejtiet tagħhom jistgħu ikunu kbar u jistgħu jintuzaw għal ħafna snin. Ħafna speċi huma migratorji. Hemm 19-il speċi mad-dinja kollha u 2 minnhom jidhru Malta.
Ċikonja Sewda
Ciconia Nigra (K)Ċikonja Bajda
Ciconia Ciconia
Ibis u paletti
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni Pelecaniformes. Familja: Threskiornithidae
It-threskiornithidae huma familja ta' għasafar kbar tal-art u ċafċafa. Għandhom ġwienaħ wisgħin u twal bi 11-il rixa primarja u xi 20 rixa sekondarja. Għandhom ħila kbira fit-titjir u minkejja l-piż u d-daqs tagħhom kapaċi jħufu ħafna. Hemm 33 speċi mad-dinja kollha u 2 minnhom jidhru Malta.
Fjamingi
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Phoenicopteriformes. Familja: Phoenicopteridae
Il-fjamingi jew fenikottri huma għasafar ċafċafa li jgħixu fi qtajja, is-soltu ta' għoli bejn 0.9 m u 1.5m, li jinstabu fiż-żewġ emsferi tal-Punent u tal-Lvant. Huma iżjed numerużi f’tal-aħħar. Il-fenikottri jgħixu fuq il-krostaċej u l-algi li jgħaddu minn filtru meta jikluhom. Munqarhom li għandu forma stramba hu adattat apposta biex jifirdu t-tajn u l-ħama mill-ikel li jieklu, u jużawh bil-maqlub. Hemm 6 speċi mad-dinja kollha u waħda minnhom tidher Malta.
Fjamingu
Phoenicopterus Roseus
Papri, wiżż u ċinji
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Anseriformes. Familja:Anatidae
Il-familja tal-Anatidae fiha l-papri u l-parti l-kbira tal-għasafar tal-ilma li jixbħu l-papri bħall-wiżż u ċ-ċinji. Dawn l-għasafar huma adattati għall-ħajja fl-ilma billi għandhom saqajhom bir-rita, munqarhom ċatt u l-ilma jiżloq minn fuq rixhom għax miksi biż-żejt. Hemm 159 speċi mad-dinja kollha u 30 minnhom jidhru Malta.
Wiżża tal-Ful
Anser fabalis (K)Wiżża Saqajha Roża
Anser brachyrhynchusWiżża tal-Maskra Bajda
Anser albifrons (K)Wiżża Griża
Anser anser (K)Ċinju Mutu
Cygnus olor (K)Ċinju
Cygnus cygnusWiżża tal-Eġittu
Alopochen aegyptiacus (K)Kuluvert Aħmar
Tadorna ferruginea (K)Kuluvert tas-Salib
Tadorna tadornaKuluvert Griż
Anas streperaSilfjun Ażjatiku
Anas falcata (K)Silfjun Ewropew
Anas penelopeKuluvert (mara fuq ix-xellug u raġel fuq il-lemin)
Anas platyrhynchosPalettuna
Anas clypeataSilfjun
Anas acutaSarsella ħamra
Anas querquedulaSarsella tas-Siberja
Anas formosa (K)Sarsella
Anas creccaSarsella Mnaqqxa
Marmaronetta angustirostris (K)eBrajmla tat-Toppu Aħma
Netta rufina (K)Brajmla
Aythya ferinaBrajmla t'Għajnha Bajda
Aythya nyrocaBrajmla tat-Toppu
Aythya fuligula (K)Brajmla Rasha Sewda (raġel)
Aythya marila (K)Borka Sewda
Melanitta nigra (K)Brajmla tal-Għajn (raġel)
Bucephala clangula (K)Serra Bajda (raġel (fuq) u mara)
Mergellus albellus (K)Serra Prima (raġel)
Mergus merganser (K)Serra (raġel)
Mergus serratorBrajmla Rasha Bajda (raġel)
Oxyura leucocephala (K)
Arpa
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Falconiformes. Familja: Pandionidae
Il-familja Pandionidae fiha speċi waħda biss, l-arpa. L-arpa hi għasfur ta' daqs mezzan mifrux mad-dinja kollha speċjalizzat biex iħuf fl-ajru għall-ħut.
Arpa
Pandion Haliaetus
Kuċċard, astuni, avultuni, bugħadam, sparvieri u ajkli
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Falconiformes. Familja: Accipitridae
L-Accipitridae hi familja ta’ għasafar tal-priża li fiha l-kuċċard, l-ajkli, l-astuni, il-bugħadam u l-avultuni tad-Dinja l-Antika. Dawn l-għasafar għandhom munqar qawwi mgħawweġ ganċ biex bih iċartu l-laħam mill-priża, saqajn sodi, dwiefer qawwija u vista tajba ħafna. Hemm 240 speċi mad-dinja kollha u 19 minnhom jidhru Malta.
Kuċċarda
Pernis apivorusAstun Aħmar
Milvus milvus (K)Astun Iswed
Milvus migransAjkla tad-Denb Abajd
Haliaeetus albicilla (K)Avultun Abjad
Neophron percnopterusAvultun Prim
Gyps fulvus (K)Ajkla Bajda
Circaetus gallicusBugħadam Aħmar
Circus aeruginosusBugħadam Abjad Prim
Circus cyaneusBugħadam Abjad
Circus macrourusBugħadam Griż
Circus pygargusSparvier
Accipiter nisusSparvier tal-Ħamiem
Accipiter gentilisKuċċarda Prima
Buteo buteoKuċċarda tal-Kalzetti
Buteo lagopus (K)Ajkla tat-Tikki
Aquila pomarinaAquila heliaca Ajkla Rjali
Aquila chrysaetos (K)Ajkla tal-Kalzetti
Aquila pennata
Bisien
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Falconiformes. Familja: Falconidae
Il-Falconidae hi familja ta' għasafar li jfittxu l-priża binhar. Huma differenti mill-kuċċard, l-ajkli u l-astun fis-sens li joqtlu l-priża bil-munqar minflok bid-dwiefer. Hemm 64 speċi mad-dinja kollha u 12 minnhom jidhru Malta.
Spanjulett Sekond (raġel fuq ix-xellug u żewġ nisa)
Falco NaumanniSpanjulett
Falco TinnunculusSpanjulett Amerikan (raġel)
Falco Sparverius (K)Żumbrell (raġel fuq il-lemin, mara fuq ix-xellug u ferħ fuq wara)
Falco VespertinusBies tar-Reġina
Falco EleonoraeŻumbrell Għarbi
Falco Concolor (K)Seqer ta' Denbu
Falco ColumbariusSeqer tal-Ħannieqa
Falco SubbuteoBies Rasu Qastnija
Falco Biarmicus (K)Bies Rasu Bajda
Falco CherrugBies
Falco PeregrinusBies ta' Barbarija
Falco Pelegrinoides (K)
Summien u ħaġel
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Galliformes. Familja: Phasianidae
Il-Phasianidae hi familja ta' għasafar terrestri fosthom is-summien u l-ħaġel. Dawn ġeneralment huma mbaċċnin (għalkemm jistgħu ivarjaw fid-daqs) u għandhom ġwienaħ wisgħin u qsar. Hemm 155 speċi mad-dinja kollha u 4 minnhom jidhru Malta.
Ħaġla Ta' Barbarija
Alectoris Barbara (K)Ħaġla Sewda
Francolinus Francolinus (K)Ħaġla
Perdix Perdix (K)Summiena
Coturnix Coturnix
Graw
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Gruiformes. Familja: Gruidae
Il-graw huma għasafar b’għonqhom twil u saqajhom twal. Kontra r-russett li jixbħuhom imma ma jiġux minnhom, il-graw itiru b'għonqhom il-barra u mhux miġbud il-ġewwa. Għandhom "żifniet" jew wirjiet ta' namur elaborati (tberrik). Hemm 15-il speċi mad-dinja kollha u 2 minnhom jidhru Malta.
Gallozz
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Gruiformes. Familja: Rallidae
Ir-Rallidae hi familja kbira ta’ għasafar ta' daqs minn żgħir għall-mezzan li fiha fost oħrajn il-gallozz. Tipikament jgħixu f’veġetazzjoni folta f'ambjent umdu ħdejn il-lagi, l-art imtajna jew ix-xmajjar. Ġeneralment iħobbu jinħbew u għalhekk diffiċli biex tosservahom. Il-parti l-kbira tal-ispeċi għandhom saqajn sodi bi swaba twal li huma adattati tajjeb għal art rabta u imħarbta. Għandhom gwienaħ qsar fit-tond u huma dagħjfa fit-titjir. Hemm 135 speċi mad-dinja kollha u 10 minnhom jidhru Malta.
Gallozz Aħmar
Crex CrexGallozz tax-Xitwa
Rallus AquaticusGallozz Żgħir
Porzana ParvaGallozz tal-Faxxi
Porzana PusillaGallozz tat-Tikki
Porzana PorzanaFaġan tal-Baħar
Porphyrio PorphyrioGallozz tal-Afrika
Porphyrio Alleni (K)Gallozz iswed
Gallinula ChloropusTiġieġa tat-Toppu
Fulica Cristata (K)Tiġieġa tal-Baħar
Fulica Atra
Pitarruni
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Otidiformes.Familja: Otididae
Il-pitarruni huma għasfar kbar tal-art assoċjati l-iżjed ma' kampanja miftuħa niexfa u l-isteppi fid-Dinja l-Antika. Jieklu kollox u jbejtu fl-art. Jimxu sod ħafna fuq saqajn b'saħħithom u swaba kbar, inaqqru huma u sejrin. Għandhom ġwienaħ wisgħin bit-truf "fi swaba" u meta jkunu qegħdin itiru juru disinji impressjonanti. Ħafna minnhom għandhom tberrik (wirjiet tan-namur) interessanti. Hemm 26 speċi mad-dinja kollha u 3 minnhom jidhru Malta.
Gallina tal-Baħar
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Charadriiformes. Familja: Haematopodidae
Il-Haematopodidae huma għasafar kbar u storbjużi li jixbħu l-venewwi, b’munqar qawwi biex ikissru u jiftħu l-molluski. Hemm 11-il speċi mad-dinja kollha u waħda minnhom tidher Malta.
Gallina tal-Baħar
Haematopus Ostralegus
Xwejjef
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Charadriiformes. Familja: Recurvirostridae
Ir-Recurvirostridae huma familja ta’ għasafar ċafċafa kbar, fosthom ix-xifa u l-frasservjent. Ix-xifa għandha saqajn twal u munqar twil mgħawweġ 'l fuq. Il-frasservjent għandu saqajn twal ħafna u munqar twil u rqiq. Hemm 10 speċi mad-dinja kollha u 2 minnhom jidhru Malta.
Frasservjent
Himantopus HimantopusXifa
Recurvirostra Avosetta
Tellerit
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Charadriiformes. Familja: Burhinidae
It-tellerita hi l-ispeċi tat-tramuntana tal-familja Burhinidae. Dan l-għasfur ċafċaf hu kbir mhux ħażin, però pparagunata mal-membri l-oħra tal-familja għandu daqs mezzan. Għandu munqar b’saħħtu, isfar u iswed, għajnejn kbar sofor (li jagħtuh xeħta "reptiljana" jew "b’għajnejh imqabbżin") u rix kriptiku. Meta jkun qiegħed itir ikun impressjonanti b'marki suwed u bojod. Minkejja li hu klassifikat bħala ċafċaf, il-parti l-kbira tal-ispeċi jippreferu ħabitat miftuħ niexef b’xi art bla ħaxix. Hu għasfur ta' billejl u jgħanni l-għanjiet jgħajtu mbikkija li jixbħu lil dawk tal-gurlini. Jgħix fuq l-insetti u invertebrati żgħar oħra. Hemm 9 speċi tal-Burhinidae u waħda minnhom tidher Malta.
Tellerita
Burhinus Oedicnemus
Nankini u perċinjotti
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Charadriiformes. Familja: Glareolidae
Il-Glareolidae huma familja ta' għasafar ċafċafa li fiha l-perniċjotti li għandhom saqajn qsar, gwienaħ twal bil-ponta u denb twil furketta u n-nankini li għandhom saqajn twal, ġwienaħ qsar u munqar twil bil-ponta mgħawweġ 'l isfel. Hemm 17-il speċi mad-dinja kollha u 2 minnhom jidhru Malta.
Nankina
Cursorius Cursor (K)Perniċjotta
Glareola Pratincola (K)
Venewwi, pluvieri u birwin
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Charadriiformes. Familja: Charadriidae
Il-familja Charadriidae fiha fost oħrajn il-pluvieri, il-venewwi u l-birwin. Huma għasafar ta' daqsijiet minn żgħar sa mezzani b'ġisem kompatt, għonq oħxon qasir u ġwienaħ twal, is-soltu bil-ponta. Jinstabu fil-kampanja miftuħa mad-dinja kollha, l-iżjed fi nħawi ħdejn l-ilma, għalkemm hemm xi eċċezzjonijiet. Hemm 66 speċi mad-dinja kollha u 14 minnhom jidhru Malta.
Venewwa
Vanellus VanellusVenewwa tal-Ixpruni
Vanellus Spinosus (K)Venewwa tal-Qtajja'
Vanellus Gregarius (K)Venewwa Denbha Abjad
Vanellus Leucurus (K)Pluviera Pastarda
Pluvialis SquatarolaPluviera
Pluvialis ApricariaPluviera Żgħira
Pluvialis DominicaPluviera Żgħira
Pluvialis Fulva (K)Birwina tad-Deżert
Charadrius Leschenaultii (K)Birwina tal-Asja
Charadrius Asiaticus (K)Monakella Saqajha Suwed
Charadrius AlexandrinusMonakella Prima
Charadrius HiaticulaMonakella
Charadrius DubiusBirwina
Charadrius Morinellus
Begazzini u bħalhom
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Charadriiformes. Familja: Scolopacidae
L-iScolopacidae huma familja wisgħa ta' għasafar ta' xatt il-baħar, fosthom il-begazzin, il-gurlin u l-griewel. Il-maġġoranza tal-ispeċi jieklu l-invertebrati li jnaqqru mill-ħamma jew mill-ħamrija. Minħabba l-varjazzjoni fit-tul tas-saqajn, bosta speċi jistgħu jieklu fl-istess ħabitat, partikularment fuq ix-xtut, mingħajr kompetizzjoni diretta għall-ikel. Hemm 89 speċi mad-dinja kollha u 32 minnhom jidhru Malta.
Beggazzina tax-Xifa
Xenus CinereusBeggazzina tar-Rokka
Actitis HypoleucosSwejda
Tringa OchropusĊuvett
Tringa ErythropusĊewċewwa
Tringa NebulariaĊewċewwa Żgħira
Tringa StagnatilisPespus tal-Baħar
Tringa GlareolaPluverott
Tringa TotanusPluverott ta' Denbu
Bartramia Longicauda (K)Gurlin Żgħir
Numenius PhaeopusGurlin Geddumu Rqiq
Numenius Tenuirostris (K)Gurlin
Numenius ArquataGirwiel Prim
Limosa LimosaGirwiel Denbu
Limosa Lapponica bl-Istrixxi (K)Monakella Imperjali
Arenaria InterpresGirwiel Saqajh Qosra
Calidris Canutus (K)Pispisella Bajda
Calidris AlbaTertuxa
Calidris MinutaTertuxa Griża
Calidris TemminckiiBeggazzina tan-Nord
Calidris Melanotos (K)Beggazzina tat-Tiżż
Calidris AlpinaBeggazzina tan-Nord
Calidris Maritima (K)Beggazzina Ħamra
Calidris FerrugineaBeggazzina Ta' Munqarha
Limicola Falcinellus (K)Girwiel Amerikan
Tryngites Subruficollis (K)Girwiel
Philomachus PugnaxĊinkonja
Lymnocryptes MinimusBekkaċċ ta' Mejju
Gallinago MediaBekkaċċ
Gallinago GallinagoGallina
Scolopax RusticolaBaruża
Phalaropus Lobatus (K)Baruża Griża
Phalaropus Fulicarius (K)
Gawwi
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Charadriiformes. Familja: Laridae
Il-Laridae huma familja ta’ għasafar tal-baħar ta' daqs minn mezzan għal kbir. Tipikament huma griżi jew bojod, spiss b'marki suwed fuq rashom jew ġwinħajhom. Għandhom munqarhom oħxon pjuttost twil u saqajhom bir-rita. Hemm 65 speċi mad-dinja kollha u 12 minnhom jidhru Malta.
Gawwija tal-Ingilterra
Rissa Tridactyla (K)Gawwija Geddumha Rqiq
Chroicocephalus GeneiGawwija Rasha Kannella
Chroicocephalus RidibundusGawwija Żgħira
Hydrocoloeus MinutusGawwija Rasha Sewda
Ichthyaetus Melanocephalus (K)Gawwija Imperjali
Ichthyaetus IchthyaetusGawwija Sekonda
Larus Canus (K)Larus Argentatus (K) Larus Michahellis Gawwija Prima
Larus CachinnansGawwija Dahrha Iswed
Larus FuscusGawwija Bajda
Larus Hyperboreus (K)
Ċirlew
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Charadriiformes. Familja: Sternidae
Iċ-ċirlew huma grupp ta' għasafar tal-baħar li ġeneralment huma ta' daqs minn medju sa kbir. Tipikament għandhom rix griż jew abjad, sikwit b'marki suwed fuq rashom. Il-parti l-kbira taċ-ċirlew jogħdsu biex jaqbdu l-ħut imma xi wħud inaqqru l-insetti minn wiċċ l-ilma ħelu. Iċ-ċirlew jgħixu ħajja twila, hemm xi speċi li jgħixu aktar minn 25 sa 30 sena. Hemm 44 speċi mad-dinja kollha u 9 minnhom jidhru Malta.
Ċirlewwa Żgħira
Sternula albifronsĊirlewwa Geddumha Oħxon
Gelochelidon niloticaĊirlewwa Prima
Hydroprogne CaspiaĊirlewwa Sewda
Chlidonias nigerĊirlewwa tal-Ġewnaħ Abajd
Chlidonias leucopterusĊirlewwa Bil-Mustaċċi
Chlidonias hybridaĊirlewwa Roża
Sterna dougallii (K)Ċirlewwa tal-Baħar
Sterna hirundo (K)Ċirlewwa tax-Xitwa
Thalasseus sandvicensis
Ċwief
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Charadriiformes. Familja: Stercorariidae
L-għasafar tal-familja Stercorariidae huma ġeneralment ta' daqs minn medju sa kbir. Għandhom rix griż jew kannella b'marki bojod fuq il-ġwienaħ. Ibejtu fl-art f'reġjuni temperati u artiċi u jemigraw fil-bogħod. Hemm 7 speċi mad-dinja kollha u 4 minnhom jidhru Malta.
Nota:Iċ-Ċiefa (Calonectris diomedea) mhux qiegħda f'din il-familja imma fil-familja Procellariidae (ordni: Procellariiformes).
Ċiefa Kbira
Stercorarius SkuaĊiefa ta' Denbha
Stercorarius PomarinusĊiefa tal-Arktiku
Stercorarius Parasiticus (K)Ċiefa Denbha Twil
Stercorarius Longicaudus (K)
Purċinelli u mwies
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Charadriiformes. Familja: Alcidae
L-Alcidae jidhru qishom pingwini minħabba l-kuluri tagħhom suwed u bojod, il-pożizzjoni wieqfa u xi wħud mid-drawwiet tagħhom, però ma' jiġux mill-pingwini u kontra tagħhom jistgħu itiru. Dawn l-għasafar jgħixu fil-baħar miftuħ u jitilgħu l-art biss biex ibejtu. Hemm 23 speċi mad-dinja kollha u 4 minnhom jidhru Malta.
Purċinell Żgħir
Alle Alle (K)Mus Geddumu Rqiq
Uria Aalge (K)Mus tal-Baħar
Alca Torda (K)Purċinell tal-Baħar
Fratercula Arctica (K)
Gangi
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Pteroclidiformes. Familja: Pteroclidae
Il-gangi għandhom rashom u għonqhom żgħar bħal tal-ħamiem, imma mbagħad għandhom ġisem mibrum u kompatt. Ġwinħajhom huma twal u bil-ponta u x'imdaqqiet denbhom ukoll. Itiru dirett b’ħeffa kbira u fis-sbieħ u nżul ix-xemx itiru f'qtajjiet għal fejn jixorbu. Saqajhom miksijin bir-rix sas-swaba. Hemm 16-il speċi mad-dinja kollha u 2 minnhom jidhru Malta.
Ganga ta' Spanja
Pterocles Alchata (K)Ganga
Pterocles Orientalis (K)
Tuduni u Gamiem
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Columbiformes. Familja: Columbidae
Il-Columbidae huma għasafar mibrumin b'għonqhom qasir, munqarhom irqieq u qasir u cere mlaħħma. Hemm 308 speċi mad-dinja kollha u 6 minnhom jidhru Malta.
Tudun tal-Ġebel
Columba LiviaTudun tas-Siġar
Columba OenasTudun
Columba PalumbusGamiema
Turtur StreptopeliaGamiema tal-Kullar
Streptopelia DecaoctoGamiema tal-Ilwien
Streptopelia Senegalensis (K)
Daqquq
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Cuculiformes. Familja: Cuculidae
L-għasafar tal-familja Cuculidae ivarjaw fid-daqs, għandhom ġisimhom magħlub, denbhom twil u saqajhom b'saħħithom. Kontra l-cuculidae tad-Dinja l-Antika, dawk tal-Amerika ta' Fuq m’humiex parasiti tal-bejta. Hemm 141 speċi mad-dinja kollha u 2 minnhom jidhru Malta.
Sultan il-Gamiem tat-Toppu
Clamator GlandariusDaqquqa Kaħla
Cuculus Canorus
Barbaġann
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Strigiformes. Familja: Tytonidae
Il-familja Tytonidae huma għasafar ta' daqs minn medju sa kbir, rashom kbira u wiċċhom bil-forma karatteristika ta' qalb. Għandhom saqajhom b'saħħithom u twal bi dwiefer qawwija. Hemm 16-il speċi mad-dinja kollha u waħda minnhom tidher Malta.
Barbaġann
Tyto alba (K)
Kokk
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Strigiformes. Familja: Strigidae
Il-kokk huma għasafar tal-priża ta' daqs minn żgħir għal kbir li huma solitarji u notturni. Għandhom għajnejhomn u widnejhom kbar iħarsu dritt 'l quddiem, munqar bħal ta' seqer u ċirku tar-rix madwar kull għajn li jidher ħafna u jgħidulu diska faċjali. Hemm 199 speċi mad-dinja kollha u 5 minnhom jidhru Malta.
Kokka
Otus ScopsKokka Imperjali
Bubo BuboKokka tat-Tikki
Athene Noctua (K)Qattus
Asio OtusKokka tax-Xagħri
Asio Flammeus
Bqaraq
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Caprimulgiformes. Familja: Caprimulgidae
Il-bqaraq huma għasafar notturni ta' daqs medju bi ġwienaħ twal, saqajn qsar u munqar qasir ħafna li s-soltu jbejtu fl-art. Il-parti l-kbira tal-ispeċi għandhom saqajhom żgħar li ma jiswewx wisq għal mixi u ġwienaħ twal bil-ponta. Għandhom rix artab maskarat bħala qoxra tas-siġar jew weraq. Hemm 91 speċi mad-dinja kollha u 3 minnhom jidhru Malta.
Buqrajq Aħmar
Caprimulgus Ruficollis (K)Buqrajq
Caprimulgus EuropaeusBuqrajq Abjad
Caprimulgus Aegyptius (K)
Runduni
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Apodiformes. Familja: Apodidae
Ir-runduni huma għasafar li jqattgħu l-parti l-kbira ta' ħajjithom fl-ajru. Dawn l-għasafar għandhom saqajhom qsar ħafna u qatt ma jinżlu fuq l-art jekk jista' jkun u minflok jiggranfaw ma' xi wiċċ vertikali. Ħafna runduni għandhom ġwienaħ mitfugħin lura qishom nofs qamar. Hemm 100 speċi mad-dinja kollha u 6 minnhom jidhru Malta.
Rundun tal-Labar
Hirundapus Caudacutus (K)Rundun Żaqqu Bajda
Apus MelbaRundun
Apus ApusRundun Kannelli
Apus PallidusRundun Żgħir
Apus Affinis (K)Apus Caffer (K)
Għasfur ta' San Martin
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Coraciiformes. Familja: Alcedinidae
L-Alcedinidae huma għasafar ta' daqs medju b'rashom kbira, munqarhom twil bil-ponta, saqajhom qsar u denbhom qasir. Hemm 93 speċi mad-dinja kollha u waħda minnhom tidher Malta.
Għasfur ta' San Martin
Alcedo Atthis
Qerd in-Naħal
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Coraciiformes. Familja: Meropidae
Il-qerd in-naħal huma group ta' għasafar li jiġu mill-passeriformi fil-familja tal-Meropidae. Il-parti l-kbira tal-ispeċi jinstabu l-Afrika imma oħrajn jinstabu l-Ewropa t'Isfel, Madagaskar, l-Awstralja u New Guinea. Huma karatterizzati b'rixx ta' ħafna lwien, ġisem mislut, u s-soltu rix tawwalin f'nofs id-denb, li jagħmluhom qishom ħuttaf mill-bogħod. Hemm 26 speċi mad-dinja kollha u 2 minnhom jidhru Malta.
Qerd in-Naħal Aħmar
Merops Persicus (K)Qerd in-Naħal
Merops Apiaster
Farruġ
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Coraciiformes. Familja: Coraciidae
Il-Coraciidae jixbħu ċ-ċawl fid-daqs u fl-għamla imma huma eqreb għall-qerd in-naħal u l-għasfur ta' San Martin. Bħalhom għandhom rix imlewwen l-iżjed bl-ikħal u l-kannella. Għandhom iż-żewġ swaba ta' quddiem ta' ġewwa magħqudin flimkien imma ta' barra le. Hemm 12-il speċi mad-dinja kollha u waħda minnhom tidher Malta.
Farruġ
Coracias Garrulus
Daqquqa tat-Toppu
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Coraciiformes. Familja: Upupidae
L-upupidae għandhom kulur iswed, abjad u roża fl-oranġjo u għandhom għalla kbira mwaqqfa fuq rashom. Hemm 2 speċi mad-dinja kollha u waħda minnhom tidher Malta.
Daqquqa tat-Toppu/tal-Pinnaċċ
Upupa Epops
Bulebbiet
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Piciformes. Familja: Picidae
Il-Bulebbieta huma għasafar ta' daqs minn żgħir għal medju b'munqar qisu furmatur, saqajn qsar, denb iebes u lsien twil biex jaqbdu l-insetti. Xi speċi għandhom saqajhom b'żewġ swaba 'l quddiem u tnejn 'il wara, waqt li xi speċi għandhom tliet swaba biss. Ħafna bulebbieta għandhom id-drawwa li jsammru fuq iz-zkuk tas-siġar b'munqarhom. Hemm 219-il speċi mad-dinja kollha u 2 minnhom jidhru Malta.
Bulebbiet
Jynx TorquillaBulebbiet Aħdar
Picus Viridis (K)
Għasafar Passeriformi
[immodifika | immodifika s-sors]Alwett
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Passeriformes. Familja: Alaudidae
L-alwett huma għasafar żgħar tal-art li sikwit jgħannu u jtiru b'mod estravaganti. Il-parti l-kbira tal-alwett għandhom dehra bla kuluri. Jgħixu fuq l-insetti u ż-żerriegħa. Hemm 96 speċi mad-dinja kollha u 12 minnhom jidhru Malta.
Alwetta Bumunqar
Alaemon Alaudipes (K)Alwetta tad-Deżert
Chersophilus Duponti (K)Kalandra
Melanocorypha CalandraKalandra tal-Ġewnaħ Abjad
Melanocorypha Leucoptera (K)Kalandra Sewda
Melanocorypha Yeltoniensis (K)Calandrella Brachydactyla Bilbla Sekonda
Calandrella Rufescens (K)Ċuqlajta tat-Toppu
Galerida Cristata (K)Alwetta
Alauda ArvensisĊuqlajta
Lullula ArboreaAlwetta Safra
Eremophila Alpestris (K)Alwetta tal-Qrun
Eremophila Bilopha (K)
Ħuttaf
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Passeriformes. Familja: Hirundinidae
Il-familja tal-Hirundinidae hi grupp ta' passeriformi kkaratterizzati bil-ħila li ghandħom li jieklu waqt li jtiru. Għandhom ġisimhom mislut u aerodinamiku, ġwinħajhom twal bil-ponta u munqarhom qasir jinfetaħ wiesa'. Saqajhom huma magħmulin biex jaqbdu mas-siġar iżjed milli għall-mixi. Hemm 83 speċi mad-dinja kollha u 5 minnhom jidhru Malta.
Ħawwiefa tax-Xtut
Riparia ripariaĦawwiefa tal-Blat
Ptyonoprogne rupestris (K)Ħuttafa
Hirundo rusticaReġina tal-Ħuttaf
Cecropis dauricaĦawwiefa
Delichon urbicum
Diżżi, zikzka u bħalhom
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Passeriformes. Familja: Motacillidae
Il-Motacillidae huma familja ta' għasafar passeriformi żgħar b'denbhom ta' daqs medju. Għandhom ġisimhom mislut u jgħixu minfuq l-insetti fl-art. Hemm xi 66 speċi mad-dinja kollha u 11 minnhom jidhru Malta.
Isfar
Motacilla FlavaZakak tad-Dell
Motacilla CinereaZakak Abjad
Motacilla AlbaAnthus Richardi Bilblun
Anthus CampestrisPespus
Anthus PratensisDiżż
Anthus TrivialisDiżż tal-Lvant
Anthus Hodgsoni (K)Diżż Aħmar
Anthus CervinusDiżż tal-Ilma
Anthus SpinolettaAnthus Petrosus
Buful
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Passeriformes. Familja: Regulidae
Ir-Regulidae huma grupp żgħir ta' għasafar li spiss jingħaddu mal-għasafar għanejja tad-Dinja l-Antika, imma sikwit jingħataw l-istatus ta' familja billi jixbħu l-Baeolophus. Hemm xi 6 speċi mad-dinja kollha u 2 minnhom jidhru Malta.
Bufula tal-Qamar
Regulus regulusBufula tat-Toppu Aħmar
Regulus Ignicapilla
Sultan l-Isponsuni
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Passeriformes. Familja: Bombycillidae
Il-Bombycillidae huma grupp ta' passeriformi kkaratterizzati b'rix artab ħariri u truf ħomor fuq ir-rix tal-gwienaħ. Dan huma għasafar tas-siġar tal-foresti tat-tramuntana. Jgħixu fuq l-insetti fis-sajf u fuq il-bakek fix-xitwa. Hemm 3 speċi mad-dinja kollha u waħda minnhom tidher Malta.
Sultan l-Isponsuni
Bycilla Garrulus (K)
Għasfur tax-Xmajjar
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Passeriformes. Familja: Cinclidae
Ic-Cinclidae huma grupp ta' għasafar li jgħixu fis-siġar u l-ħabitat taghħom fih ambjenti akwatiċi fl-Ameriki, l-Ewropa u l-Asja. Hemm 5 speċi mad-dinja kollha u waħda minnhom tidher Malta.
Għasfur tax-Xmajjar
Cinclus Cinclus (K)
Bumisturi
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Passeriformes. Familja: Troglodytidae
Il-bumisturi huma għasafar żgħar li jħobbu jinħbew (għalhekk bismisturin) barra l-għanja tgħajjat tagħhom. Għandhom ġwinħajhom qsar u munqarhom irqieq imdawwar l-isfel. Bosta speci iżommu denbhom 'l fuq. Kollha jgħixu fuq l-insetti. Hemm xi 80 speċi mad-dinja kollha (li kollha ħlief waħda jgħixu fid-Dinja l-Ġdida) u waħda minnhom tidher Malta.
Bumistur
Troglodytes Troglodytes
Żwiemel
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Passeriformes. Familja: Prunellidae
Il-Prunellidae huma l-unika familja li huma endemiċi kompletament fil-Palearktiku. Dawn huma għasafar żgħar bla xejn li jiddistngwihom, li minn barra jixbħu l-għasafar tal-bejt. Hemm xi 13-il speċi mad-dinja kollha u 2 minnhom jidhru Malta.
Żiemel tal-Alpi
Prunella CollarisŻiemel (għasfur)
Prunella Modularis
Mlievez
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Passeriformes. Familja: Turdidae
L-imlievez huma grupp ta' għasafar passeriformi li jgħixu l-iżjed fid-Dinja l-Antika. Dawn huma insettivori (xi ftit omnivori) ta' daqs medju, mbaċċnin b'rixhom artab, li spiss jieklu fl-art. Hemm 176 speċi mad-dinja kollha u 8 minnhom jidhru Malta.
Malvizz tas-Siberja
Zoothera Sibirica (K)Malvizz tas-Sidra Bajda
Turdus TorquatusMalvizz Iswed
Turdus MerulaMalvizz tan-Nord
Turdus Obscurus (K)Malvizzun tal-Qtajja
Turdus PilarisMalvizz Aħmar
Turdus IliacusMalvizz
Turdus PhilomelosMalvizzun Prim
Turdus Viscivorus
Ċistikoli
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Passeriformes. Familja: Cisticolidae
Iċ-Cisticolidae huma għanejja (ivversjaturi) li jinstabu l-iżjed fir-reġjuni sħan tan-nofsinhar tad-Dinja l-Antika. Ġeneralment huma skuri, kanella jew griżi u joqgħodu fil-beraħ fejn ma tantx hemm siġar. Hemm 111-il speċi mad-dinja kollha u waħda minnhom tidher Malta.
Cisticola Juncidis
Bekkafiki u bħalhom
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Passeriformes. Familja: Sylviidae
Il-familja tas-Sylviidae huma grupp ta' għasafar passeriformi, insettivori żgħar. Is-Sylviidae bħala speċi li jbejtu jinstabu l-iżjed fl-Ewropa, l-Ażja u, inqas fl-Afrika. Il-parti l-kbira minnhom għandhom dehra li m'għandha xejn li jaqlagħha, imma għandhom għanja distintiva. Hemm 291 speċi mad-dinja kollha u 41 minnhom jidhru Malta.
Bagħal tal-Għollieq
Cettia cettiBagħal tal-Ġurati
Locustella naevia (K)Bagħal tax-Xmajjar
Locustella fluviatilis (K)Bagħal Aħmar
Locustella luscinioidesBekkafik Griż
Hippolais pallida (K)Bekkafik tal-Għana
Hippolais polyglotta (K)Bekkafik Isfar
Hippolais icterinaBagħal Qastni
Acrocephalus melanopogonBagħal tal-Qamar
Acrocephalus paludicola (K)Bagħal tas-Simar
Acrocephalus schoenobaenusAcrocephalus agricola (K) Bagħal tal-Qasab
Acrocephalus scirpaceusAcrocephalus dumetorum (K) Bagħal tal-Għadajjar
Acrocephalus palustrisBagħal Prim
Acrocephalus arundinaceusVjolin Pastard
Phylloscopus trochilus (K)Vjolin tax-Xitwa
Phylloscopus collybitaVjolin Bajdani
Phylloscopus bonelliPhylloscopus orientalis Vjolin Ħadrani
Phylloscopus sibilatrixPhylloscopus fuscatus (K) Phylloscopus schwarzi (K) Phylloscopus proregulus (K) Vjolin tal-Faxx
Phylloscopus inornatus (K)Phylloscopus borealis (K) Kapinera
Sylvia atricapillaBekkafi
Sylvia borinBekkafik tal-Istrixxi
Sylvia nisoria (K)Bekkafik ta' Għajnu Bajda
Sylvia hortensis (K)Sylvia crassirostris (K) Bufula tad-Deżert
Sylvia nanaBekkafik Aħmar
Sylvia communisBekkafik Irmiedi
Sylvia currucaSylvia deserti (K) Bufula Ħamra
Sylvia conspicillataBufula tat-Tuneżija
Sylvia deserticola (K)Bufula tax-Xagħri
Sylvia undata Near-threatenedBufula Griża
Sylvia sarda (K)Bufula tal-Pavalor
Sylvia rueppelliBufula Passajra
Sylvia cantillansBufula Sewda
Sylvia melanocephala
Rożinjoli u bħalhom
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Passeriformes. Familja: Muscicapidae
Il-Muscicapidae huma grupp kbir ta' għasafar passeriformi żgħar indiġeni għad-Dinja l-Antika. Ġeneralment huma insettivori żgħar ta' fuq is-siġar. Id-dehra ta' dawn l-għasafar tvarja, imma l-parti l-kbira minnhom għandhom għanja dgħajfa u għajta ħarxa. Hemm 275 speċi mad-dinja kollha u 23 minnhom jidhru Malta.
Żanżarell tat-Tikki
Muscicapa StriataRożinjol tax-Xagħri
Cercotrichas GalactotesPitirross
Erithacus RubeculaRożinjol Prim
Luscinia Luscinia (K)Rożinjol
Luscinia MegarhynchosKudirross Blu
Luscinia SvecicaŻanżarell Iswed
Ficedula HypoleucaŻanżarell tal-Kullar
Ficedula AlbicollisŻanżarell tal-Lvant
Ficedula Semitorquata (K)Żanżarell Sidru Aħmar
Ficedula ParvaKudirross tat-Tuniżija
Phoenicurus Moussieri (K)Kudirross
Phoenicurus PhoenicurusKudirross Iswed
Phoenicurus OchrurosĠanbublu
Monticola SaxatilisMerill
Monticola SolitariusBuċaqq tas-Silla
Saxicola RubetraBuċaqq tax-Xitwa
Saxicola TorquatusKuda Rasha Bajda
Oenanthe Leucopyga (K)Kuda Sewda
Oenanthe Leucura (K) Rare/AccidentalKuda
Oenanthe OenantheKuda tal-Lvant
Oenanthe Pleschanka (K)Kuda Dumnikana
Oenanthe HispanicaKuda tad-Deżert
Oenanthe Deserti (K)Kuda Iżabellina
Oenanthe Isabellina
Primaveri
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Passeriformes. Familja: Paridae
Il-Paridae huma fil-parti l-kbira speċi ta' għasafar żgħar mibrumin b'munqarhom qasir u oħxon, li jgħixu fl-imsaġar. Huma għasafar adattabbli b'dieta mħallta li tinkludi ż-żerriegħa u l-insetti. Hemm 59 speċi mad-dinja kollha u 2 minnhom jidhru Malta.
Daqquqa tal-Ġebel
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Passeriformes. Familja: Tichodromidae
Id-Daqquqa tal-Ġebel hi għasfur żgħir b'rix stupend, aħmar skur, griż u iswed.
Daqquqa tal-Ġebel
Tichodroma Muraria (K)
Pendulini
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Passeriformes. Familja: Remizidae
Ir-Remizidae huma grupp żgħir ta' għasafar passeriformi insettivori li jiġu mill-Paridae. Hemm 13-il speċi mad-dinja kollha u waħda minnhom tidher Malta.
Pendulin
Remiz Pendulinus (K)
Orjoli
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Passeriformes. Familja: Oriolidae
L-orjoli tad-Dinja l-Antika huma għasafar kuluriti passeriformi li ma jiġux mill-orjoli tad-Dinja l-Ġdida. Hemm 29 speċi mad-dinja kollha u waħda minnhom tidher Malta.
Orjola
Oriolus Oriolus
Kaċċamenduli
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Passeriformes. Familja: Laniidae
Il-Kaċċamenduli huma għasafar passeriformi magħrufin għad-drawwa tagħhom li jaqbdu għasafar oħhra u annimali żgħar u jwaħħlu l-biċċċiet li ma jkunux kielu fuq ix-xewk. Munqarhom ganċ bħal tal-għasafar tal-priża. Hemm 30 speċi mad-dinja kollha u 5 minnhom jidhru Malta.
Kaċċamendula Ħamra
Lanius CollurioKaċċamendula Griża
Prima Lanius ExcubitorKaċċamendula Griża
Lanius MinorLanius Nubicus (K) Kaċċamendula
Lanius Senator
Ċawl
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Passeriformes. Familja: Corvidae
Il-familja tal-Corvidae huma ikbar mill-medja tal-ordni tal-passeriformi. Xi wħud mill-ikbar speċi għandhom ħila kbira biex jitgħallmu. Hemm 119-il speċi mad-dinja kollha u 5 minnhom jidhru Malta.
Sultan iċ-Ċawl
Garrulus GlandariusĊawla
Corvus Monedula (K)Korvu
Corvus Frugilegus (K)Ċawlun
Corvus Corone (K)Għarab
Corvus Corax (K)
Sturnelli
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Passeriformes. Familja: Sturnidae
L-isturnelli huma għasafar passeriformi ta' daqs minn żgħir għal medju. Itiru fid-dritt bil-qawwa, u huma gregarji ħafna. Bħala ambjent jippreferu l-kampanja miftuħa. Jieklu l-insetti u l-frott. Tipikament rixhom hu skur b'leqqa metalika. Hemm 114-il speċi mad-dinja kollha u 3 minnhom jidhru Malta.
Sturnell Roża
Pastor Roseus (K)Sturnell
Sturnus VulgarisSturnell Iswed
Sturnus Unicolor (K)
Għammiela
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Passeriformes. Familja: Passeridae
L-għammiela huma għasafar passeriformi. Ġeneralment ikunu żgħar, imbaċċnin, kannella jew griżi, b'denbhom qasir u munqarhom qasir u b'saħħtu. L-għammiela jieklu l-iżjed iż-żerriegħa imma jieklu wkoll insetti żgħar. Hemm 38 speċi mad-dinja kollha u 4 minnhom jidhru Malta.
Għasfur tal-Bejt
Passer DomesticusGħammiel tal-Bejt
Passer HispaniolensisGħammiel tas-Siġar
Passer MontanusGħammiel tal-Blat
Petronia Petronia (K)Għammiel tas-Silġ
Montifringilla Nivalis (K)
Virej
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Passeriformes. Familja: Vireonidae
Il-Vireonidae huma grupp żgħir ta' għasafar passeriformi ta' daqs minn żgħir għal medju li huma ristretti għad-Dinja l-Ġdida. Tipikament huma fl-aħdar u jixbħu l-Vjolin Ħadrani barra minn munqarhom li hu eħxen. Hemm 52 speċi mad-dinja kollha u waħda minnhom tidher Malta.
Vireo Olivaceus (K)
Sponsuni
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Passeriformes. Familja: Fringillidae
Il-Fringillidae huma għasafar passeriformi li jieklu biss iż-żerriegħ. Jistgħu ikunu minn żgħar għal kbar mhux ħażin u għandhom munqarhom b'saħħtu, is-soltu koniku u f'xi speċi kbir ħafna. Kollha għandhom 12-il rixa f'denbhom u 9 rix primarji. Dawn l-għasafar itiru bil-qabża, jagħtu s-salt iħabbtu l-ġwienaħ imbagħad jiżżerżqu mal-arja u jibqgħu sejrin hekk. Il-parti l-kbira minnhom jgħannu tajjeb. Hemm 176 speċi mad-dinja kollha u 13 minnhom jidhru Malta.
Sponsun
Fringilla CoelebsSponsun Selvaġġ
Fringilla MontifringillaTrumbettier
Bucanetes GithagineusBumunqar
Carpodacus Erythrinus (K)Verdun
Carduelis ChlorisLoxia Curvirostra Bagħal tal-Ġojjin
Carduelis Flammea (K)Erku
Carduelis SpinusGardell
Carduelis CarduelisĠojjin
Carduelis CannabinaApparel
Serinus SerinusBugeddum
Pyrrhula Pyrrhula (K)Taż-Żebbuġ
Coccothraustes Coccothraustes
Durrajs
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Passeriformes. Familja: Emberizidae
L-Emberizidae huma familja kbira ta' għasafar passeriformi. Jgħixu fuq iż-żerriegħ u l-forma ta' munqarhom hi distintiva. Ħafna mill-ispeċi tal-Emberizidae għandhom disinn distintiv fuq rashom. Hemm 329 speċi mad-dinja kollha u 16 minnhom jidhru Malta.
Durrajsa Safra
Emberiza Citrinella (K)Emberiza Leucocephalos (K) Ortolan Iswed
Emberiza Cirlus (K)Ortolan tal-Blat
Emberiza Cia (K)Ortolan
Emberiza HortulanaOrtolan Rasu Blu
Emberiza Caesia (K)Durrajsa Qerqnija
Emberiza Pusilla (K)Durrajsa Qastnija
Emberiza Rustica (K)Ortolan tal-Lvant
Emberiza Aureola (K)Emberiza Rutila (K) Durrajsa Rasha Sewda
Emberiza Melanocephala (K)Durrajsa tal-Qasab
Emberiza SchoeniclusDurrajsa
Emberiza CalandraDurrajsa tan-Nord
Calcarius Lapponicus (K)Durrajsa Bajda
Plectrophenax Nivalis
Bumunqar Amerikan
[immodifika | immodifika s-sors]Ordni: Passeriformes. Familja: Cardinalidae
Il-Cardinalidae huma familja ta' għasafar passeriformi b'saħħithom, li jgħixu fuq iż-żerriegħa u għandhom munqarhom qawwi. Tipikament huma assoċjati mal-boskijiet miftuħa. Is-sessi s-soltu jkollhom rix differenti. Hemm 43 speċi mad-dinja kollha u waħda minnhom tidher Malta.
Bumunqar Amerikan
Pheucticus Ludovicianus (K)
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- "Birds of Malta checklist". BirdLife Malta (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-02-06. Miġbur 2012-01-11.
- Clements, James F (2007). The Clements Checklist of Birds of the World (bl-Ingliż) (6tt ed.). Cornstock Publishing Associates. ISBN 978-0801445019.
- Lepage, Denis (2007). "Avibase - word bird lists - Malta checklist". Avibase - the world bird database (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-09-27. Miġbur 2012-01-11.