Aqbeż għall-kontentut

Lista ta' binjiet ta' Gaudí

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-Faċċata tan-Natività tas-Sagrada Familia

Antoni Gaudí kien arkitett mill-Katalonja, Spanja, li kien parti mill-moviment tal-Moderniżmu (magħruf iktar bħala Art Nouveau). Huwa kien famuż għall-istil uniku tiegħu u għad-disinni tassew individwalistiċi.

Bħala student tal-arkitettura fl-Escola Tècnica Superior d'Arquitectura f'Barċellona mill-1873 sal-1877, Gaudí kiseb marki medjokri biss, iżda mar tajjeb fit-"tpinġijiet u fil-proġetti ta' prova" tiegħu.[1] Wara ħames snin ta' xogħol u tagħlim, Gaudí kkwalifika bħala arkitett fl-1878.

Meta Elies Rogent iffirma l-lawrija ta' Gaudí huwa ddikjara "Qui sap si hem donat el diploma a un boig o a un geni. El temps ens ho dirà" ("Min jaf jekk tajniex din id-diploma lil miġnun jew lil ġenju. Iż-żmien jagħtina parir.").

Gaudí mill-ewwel beda jfassal il-pjanti u d-disinni. Huwa baqa' affiljat mal-iskola għal ħajtu kollha.

Binjiet li nbnew tul il-ħajja ta' Gaudí

[immodifika | immodifika s-sors]

Id-dati jirreferu għall-perjodu meta Gaudí kien involut fil-fażi tal-kostruzzjoni tal-binja.

Isem Ritratt Sit ta' Wirt Dinji Post Bini beda Bini ntemm Koordinati
Sagrada Família: il-kripta,

l-apsidi, il-faċċata tan-Natività

#5 Barċellona 1883 1926 41°24′13″N 2°10′28″E
El Capricho Comillas

(Cantabria)

1883 1885 43°23′01″N 4°17′34″W
Casa Vicens #4 Barċellona 1883 1888 41°24′12.50″N 2°9′2.44″E
Palazz Episkopali ta' Astorga Astorga(León) 1883 1893 42°27′28″N 6°03′21″W
Padiljuni ta' Güell Barċellona 1884 1887 41°23′22.1382″N 2°07′9.9006″E
Palau Güell #2 Barċellona 1885 1890 41°22′44″N 2°10′27″E
Kulleġġ Tereżjan Barċellona 1888 1889 41°23′59.76″N 2°7′58.27″E
Casa Botines León 1891 1892 42°35′54″N 5°34′14″W
Bodegas Güell Sitges

(Barċellona)

1895 1897 41°15′21.09″N 1°54′19.55″E
Casa Calvet Barċellona 1898 1900 41°23′27″N 2°10′23″E
Bellesguard Barċellona 1900 1909 41°24′34″N 2°07′37″E
Park Güell #1 Barċellona 1900 1914 41°24′49″N 2°09′10″E
Ġonna ta' Artigas La Pobla de Lillet

(Barċellona)

1905 1906 42°15′13″N 1°58′30″E
Casa Batlló #6 Barċellona 1904 1906 41°23′30″N 2°09′54″E
Casa Milà #3 Barċellona 1906 1910 41°23′43″N 2°09′42″E
Knisja ta' Colònia Güell #7 Santa Coloma de Cervelló

(Barċellona)

1908 1914 41°21′49″N 2°1′41″E
Skejjel tas-Sagrada Família #5* Barċellona 1909 41°24′10.7″N 2°10′27.0″E

Disinni tal-binjiet

[immodifika | immodifika s-sors]

Dawn huma d-disinni ta' binjiet li ma tlestewx, mill-inqas mhux għalkollox, matul il-ħajja tal-arkitett. Id-dati jirreferu għall-perjodu meta Gaudí kien involut fid-disinn.

Isem Ritratt Post Data Koordinati
Sagrada Família
Barċellona 1883-1926 41°24′13″N 2°10′28″E
Missjonijiet Franġiskani f'Tangier Tangier,

il-Marokk

1892
Lukanda Atracción il-Belt ta' New York,

l-Istati Uniti

1908

Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO

[immodifika | immodifika s-sors]

Seba' binjiet, jew partijiet minnhom, ġew inklużi fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2005 bit-titlu x-Xogħlijiet ta' Antoni Gaudí[2].

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[2]

Kollha kemm huma jinsabu fil-Provinċja ta' Barċellona:

  1. Parque Güell
  2. Palacio Güell
  3. Casa Mila
  4. Casa Vicens
  5. Faċċata tan-Natività u l-Kripta tas-Sagrada Familia
    *Partijiet oħra tas-Sagrada Familia, inkluż l-Iskejjel tas-Sagrada Família, huma inklużi fiż-żona ta' lqugħ tal-ħames parti tas-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO
  6. Casa Batlló
  7. Kripta fil-Colònia Güell
    Iż-żona ta' lqugħ tinkludi parti mill-Colònia Güell u t-Torre Salvana.[2]
  1. ^ "Gaudi and Barcelona Club". www.gaudiclub.com. Miġbur 2021-07-13.
  2. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Works of Antoni Gaudí". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-13.