Lista ta' binjiet ta' Gaudí
Antoni Gaudí kien arkitett mill-Katalonja, Spanja, li kien parti mill-moviment tal-Moderniżmu (magħruf iktar bħala Art Nouveau). Huwa kien famuż għall-istil uniku tiegħu u għad-disinni tassew individwalistiċi.
Bħala student tal-arkitettura fl-Escola Tècnica Superior d'Arquitectura f'Barċellona mill-1873 sal-1877, Gaudí kiseb marki medjokri biss, iżda mar tajjeb fit-"tpinġijiet u fil-proġetti ta' prova" tiegħu.[1] Wara ħames snin ta' xogħol u tagħlim, Gaudí kkwalifika bħala arkitett fl-1878.
Meta Elies Rogent iffirma l-lawrija ta' Gaudí huwa ddikjara "Qui sap si hem donat el diploma a un boig o a un geni. El temps ens ho dirà" ("Min jaf jekk tajniex din id-diploma lil miġnun jew lil ġenju. Iż-żmien jagħtina parir.").
Gaudí mill-ewwel beda jfassal il-pjanti u d-disinni. Huwa baqa' affiljat mal-iskola għal ħajtu kollha.
Binjiet li nbnew tul il-ħajja ta' Gaudí[immodifika | immodifika s-sors]
Id-dati jirreferu għall-perjodu meta Gaudí kien involut fil-fażi tal-kostruzzjoni tal-binja.
Isem | Ritratt | Sit ta' Wirt Dinji | Post | Bini beda | Bini ntemm | Koordinati |
---|---|---|---|---|---|---|
Sagrada Família: il-kripta,
l-apsidi, il-faċċata tan-Natività |
#5 | Barċellona | 1883 | 1926 | 41°24′13″N 2°10′28″E | |
El Capricho | ![]() |
Comillas
(Cantabria) |
1883 | 1885 | 43°23′01″N 4°17′34″W | |
Casa Vicens | ![]() |
#4 | Barċellona | 1883 | 1888 | 41°24′12.50″N 2°9′2.44″E |
Palazz Episkopali ta' Astorga | ![]() |
Astorga(León) | 1883 | 1893 | 42°27′28″N 6°03′21″W | |
Padiljuni ta' Güell | ![]() |
Barċellona | 1884 | 1887 | 41°23′22.1382″N 2°07′9.9006″E | |
Palau Güell | ![]() |
#2 | Barċellona | 1885 | 1890 | 41°22′44″N 2°10′27″E |
Kulleġġ Tereżjan | ![]() |
Barċellona | 1888 | 1889 | 41°23′59.76″N 2°7′58.27″E | |
Casa Botines | ![]() |
León | 1891 | 1892 | 42°35′54″N 5°34′14″W | |
Bodegas Güell | ![]() |
Sitges
(Barċellona) |
1895 | 1897 | 41°15′21.09″N 1°54′19.55″E | |
Casa Calvet | Barċellona | 1898 | 1900 | 41°23′27″N 2°10′23″E | ||
Bellesguard | Barċellona | 1900 | 1909 | 41°24′34″N 2°07′37″E | ||
Park Güell | ![]() |
#1 | Barċellona | 1900 | 1914 | 41°24′49″N 2°09′10″E |
Ġonna ta' Artigas | ![]() |
La Pobla de Lillet
(Barċellona) |
1905 | 1906 | 42°15′13″N 1°58′30″E | |
Casa Batlló | #6 | Barċellona | 1904 | 1906 | 41°23′30″N 2°09′54″E | |
Casa Milà | ![]() |
#3 | Barċellona | 1906 | 1910 | 41°23′43″N 2°09′42″E |
Knisja ta' Colònia Güell | ![]() |
#7 | Santa Coloma de Cervelló
(Barċellona) |
1908 | 1914 | 41°21′49″N 2°1′41″E |
Skejjel tas-Sagrada Família | ![]() |
#5* | Barċellona | 1909 | 41°24′10.7″N 2°10′27.0″E |
Disinni tal-binjiet[immodifika | immodifika s-sors]
Dawn huma d-disinni ta' binjiet li ma tlestewx, mill-inqas mhux għalkollox, matul il-ħajja tal-arkitett. Id-dati jirreferu għall-perjodu meta Gaudí kien involut fid-disinn.
Isem | Ritratt | Post | Data | Koordinati |
---|---|---|---|---|
Sagrada Família | Barċellona | 1883-1926 | 41°24′13″N 2°10′28″E | |
Missjonijiet Franġiskani f'Tangier | ![]() |
Tangier,
il-Marokk |
1892 | |
Lukanda Atracción | ![]() |
il-Belt ta' New York, | 1908 |
Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO[immodifika | immodifika s-sors]
Seba' binjiet, jew partijiet minnhom, ġew inklużi fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2005 bit-titlu x-Xogħlijiet ta' Antoni Gaudí[2].
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[2]
Kollha kemm huma jinsabu fil-Provinċja ta' Barċellona:
- Parque Güell
- Palacio Güell
- Casa Mila
- Casa Vicens
- Faċċata tan-Natività u l-Kripta tas-Sagrada Familia
- *Partijiet oħra tas-Sagrada Familia, inkluż l-Iskejjel tas-Sagrada Família, huma inklużi fiż-żona ta' lqugħ tal-ħames parti tas-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO
- Casa Batlló
- Kripta fil-Colònia Güell
- Iż-żona ta' lqugħ tinkludi parti mill-Colònia Güell u t-Torre Salvana.[2]
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- ^ "Gaudi and Barcelona Club". www.gaudiclub.com. Miġbur 2021-07-13.
- ^ a b c Centre, UNESCO World Heritage. "Works of Antoni Gaudí". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-13.