Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fit-Tanzanija
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] It-Tanzanija rratifikat il-Konvenzjoni fit-2 ta' Awwissu 1977, u b'hekk is-siti indikattivi tagħha setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]
L-ewwel Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO li tniżżel mit-Tanzanija kien iż-Żona ta' Konservazzjoni ta' Ngorongoro fl-1979, filwaqt li l-iżjed sit li tniżżel reċentement huwa s-Siti tat-Tpittir fuq il-Blat ta' Kondoa. Mill-2006, it-Tanzanija b'kollox għandha seba' Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, tlieta kulturali, tlieta naturali u wieħed imħallat.
Siti ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]
NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)
Sit | Ritratt | Post | Kriterji tal-Għażla | Sena tad-deżinjazzjoni | Deskrizzjoni |
---|---|---|---|---|---|
Żona ta' Konservazzjoni ta' Ngorongoro | Reġjun ta' Arusha | imħallat: (iv), (vii),(viii), (ix),(x) | 1979 | Iż-Żona ta' Konservazzjoni ta' Ngorongoro huwa Sit ta' Wirt Dinji mħallat. Iż-żona ta' konservazzjoni tinkludi l-Krater ta' Ngorongoro, l-ikbar caldera fid-dinja u diversi siti preistoriċi. Fl-inħawi jgħixu wkoll bosta organiżmi selvaġġi u t-tribù tal-Maasai.[5] | |
Fdalijiet ta' Kilwa Kisiwani u l-Fdalijiet ta' Songo Mnara | Kilwa Kisiwani | kulturali: (iii) | 1981 | Il-fdalijiet huma tal-bliet portwali antiki li nbnew mis-Swaħili matul is-seklu 13. Il-fdalijiet tpoġġew fil-lista tas-siti fil-periklu minħabba d-deterjorament kontinwu tas-sit mill-attivitajiet naturali u umani.[6] | |
Park Nazzjonali ta' Serengeti | Reġjuni ta' Arusha u ta' Mara | naturali: (vii), (x) | 1981 | Fil-Park Nazzjonali ta' Serengeti sseħħ l-ikbar migrazzjoni tal-mammiferi fid-dinja. Il-migrazzjoni annwali ta' erbivori u ta' karnivori hija waħda mill-iżjed attrazzjonijiet naturali impressjonanti fid-dinja.[7] | |
Riżerva Naturali ta' Selous | Reġjuni ta' Lindi, ta' Ruvuma u ta' Morogoro | naturali: (ix), (x) | 1982 | Ir-Riżerva Naturali ta' Selous għandha erja ta' 50,000 km2. Ir-riżerva tospita diversità kbira ta' veġetazzjoni u ta' mammiferi kbar. Is-sit tniżżel fil-lista tas-siti fil-periklu minħabba ż-żieda tal-insib.[8] | |
Park Nazzjonali ta' Kilimanjaro | Reġjun ta' Kilimanjaro | naturali: (vii) | 1987 | L-attrazzjoni ewlenija tal-park nazzjonali hija l-muntanja Kilimanjaro, l-ogħla punt fl-Afrika. Il-muntanja bil-borra fil-quċċata hija mdawra bi pjanuri enormi tas-savanna. Il-park fih ukoll għadd kbir ta' mammiferi kbar, uħud minnhom fil-periklu ta' estinzjoni.[9] | |
Stone Town ta' Zanzibar | Belt ta' Zanzibar | kulturali: (ii), (iii), (vi) | 2000 | Stone Town ta' Zanzibar hija labirint ta' fużjoni ta' diversi influwenzi kulturali tal-bliet tul is-sekli. Il-belt antiki għandha influwenzi Għarab, Persjani, Indjani u Kostali. Il-belt hija l-belt kapitali kulturali tal-kultura tas-Swaħili.[10] | |
Siti tat-Tpittir fuq il-Blat ta' Kondoa | Distrett ta' Kondoa | kulturali: (iii), (vi) | 2006 | Is-siti tat-tpittir fuq il-blat huma sparpaljati mal-Wied tal-Foss kollu u ilhom jeżistu hemmhekk għal iktar minn 2,000 sena. Is-siti jipprovdu informazzjoni storika siewja rigward l-evoluzzjoni tal-bniedem matul il-perjodu tal-kaċċaturi-ġemmiegħa.[11] |
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "United Republic of Tanzania - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-08.
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2023-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Ngorongoro Conservation Area". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-08.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Ruins of Kilwa Kisiwani and Ruins of Songo Mnara". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-08.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Serengeti National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-08.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Selous Game Reserve". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-08.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Kilimanjaro National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-08.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Stone Town of Zanzibar". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-08.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Kondoa Rock-Art Sites". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-08.