Liebru Ewropew
Liebru Ewropew | |
---|---|
Stat ta' konservazzjoni | |
Riskju minimu (IUCN 3.1) | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Klassi | Mammalia |
Ordni | Lagomorpha |
Familja | Leporidae |
Ġeneru | Lepus |
speċi | Lepus europaeus Pallas, 1778
|
Distribuzzjoni ġeografika | |
Informazzjoni ġenerali | |
Tqala | 42 ġurnata |
Il-Liebru Ewropew jissejjaħ b' ħafna ismijiet komuni fosthom, Liebru kannella ta' l-Ewropa, Liebru komuni u Fenek ħmar tal-Lvant. Xjentifikament magħruf bħala Lepus europaeus u huwa speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu), nattiv tal-kontinenti tal-Ewropa u l-Asja.
Il-Liebru Ewropew huwa mammiferu ta' ħeffa kbira u kapaċi jilħaq veloċità ta' 70 kilometru jew 45 mil fis-siegħa. Dan jikber bejn 50 u 70 ċentimetru eskluż id-denb li ġeneralment ikun bejn 7 u 11-il ċentimetru ieħor u l-piż ta' liebru adult jista jvarja minn sottospeċi għal oħra bejn 2.5 u 6.5 kilogrammi.
Għalkemm normalment il-Liebru Ewropew Lepus europaeus huwa mammiferu ta' natura mistħijja u jgħix ħajja solitarja jew bħala par, dan jibdel l-attitudni tiegħu lejn ir-rebbiegħa, fejn dawn jibdew jiġru wara xulxin matul il-ġurnata fid-dawl tax-xemx f'nofs il-kampanja. Din l-imġieba hija xejn aktar ħlief kompetizjoni bejn l-irġiel biex jakkwistaw id-dominanza u b'hekk aċċess għal aktar nisa biex jirriproduċu magħhom. Waqt dan iż-żmien ta' ferneżija fost il-liebri, wieħed jista' jarahom jagħtu u jiġġieldu bl-idejn. Għal żmien twil ħafna kienu jaħsbu li dan kien ikun ġlied ta' kompetizzjoni bejn l-irġiel, iżda minn osservazzjonijiet aktar fil-qrib irriżulta li dan ma kienx ħlief ġlied bejn in-nisa u l-irġiel, biex in-nisa juru jew li għadhom mhumiex lesti għat-tgħammir jew biex jaraw id-determinazzjoni tal-irġiel.
Il-Liebru Ewropew, ma jgħixx bħall-biċċa l-kbira tal-fniek f'bejta taħt l-art u dan lanqas meta jasal iż-żmien taż-żrameġ. It-twelid taż-żgħar isir ġo bejta magħmula minn ħofra baxxa magħrufa bħala "il-forma" jew fil-ħaxix mirfus u mgħaffeġ mill-omm. Din mhijiex problema għaż-żrameġ għax huma addattati għan-nuqqas ta' protezzjoni fiżika billi jitwieldu miksijin bil-pil u b'għajnejhom miftuħa, b'hekk ftit żmien wara t-twelid dawn ikunu kapaċi jaħsbu għalihom infushom.
Distribuzzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Dan il-liebru mifrux mit-Tramuntana, għall-Punent, saċ-ċentru tal-Ewropa u fil-Punent tal-Asja għalkemm illum il-ġurnata id-distribuzzjoni ta' dan il-liebru kibret billi ġie introdott mill-bniedem fil-Lvant tal-kontinent tal-Amerika ta' Fuq fejn jissejjaħ Fenek ħmar tal-Lvant, fil-Lbiċ lejn in-Nofsinhar tal-kontinent tal-Amerika ta' Isfel, fil-Lvant tal-kontinent tal-Awstralja u f'New Zealand.
Klassifikazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Dan il-liebru huwa 1 minn 10 speċi li qegħdin ikklassifikati fis-sottoġeneru Eulagos u l-ispeċi maqsuma minn tal-inqas f'16-il sottospeċi.
- Ordni Lagomorpha
- Familja Leporidae
- Sottofamilja Leporinae
- Tribù Leporini
- Ġeneru Lepus
- Sottoġeneru Eulagos
- Liebru Ewropew jew Liebru kannella ta' l-Ewropa Lepus europaeus
- Sottospeċi
- Lepus europaeus caspicus (Hemprich & Ehrenberg, 1832)
- Lepus europaeus connori (Robinson, 1918)
- Lepus europaeus creticus (Barrett-Hamilton, 1903)
- Lepus europaeus cyprius (Barrett-Hamilton, 1903)
- Lepus europaeus cyrensis (Satunin, 1905)
- Lepus europaeus europaeus (Pallas, 1778)
- Lepus europaeus hybridus (Desmarest, 1822)
- Lepus europaeus judeae (Gray, 1867)
- Lepus europaeus karpathorum (Hilzheimer, 1906)
- Lepus europaeus medius (Nilsson, 1820)
- Lepus europaeus occidentalis (de Winton, 1898)
- Lepus europaeus parnassius (Miller, 1903)
- Lepus europaeus ponticus (Ognev, 1929)
- Lepus europaeus rhodius (Festa, 1914)
- Lepus europaeus syriacus (Hemprich & Ehrenberg, 1832)
- Lepus europaeus transsylvanicus (Matschie, 1901)
- Liebru Ewropew jew Liebru kannella ta' l-Ewropa Lepus europaeus
- Sottoġeneru Eulagos
- Ġeneru Lepus
- Tribù Leporini
- Sottofamilja Leporinae
- Familja Leporidae
Gallarija
[immodifika | immodifika s-sors]-
Żarmuġ ta' Liebru Ewropew
-
Żarmuġ ta' Liebru Ewropew imgezzez fil-forma
-
Żarmuġ ta' Liebru Ewropew fil-forma
-
Żarmuġ ta' Liebru Ewropew moħbi qalb il-ħaxix
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Hoffmann, Robert S.; Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-8018-8221-4.
- Lagomorph Specialist Group (1996).Lepus europaeus. 2006 IUCN Red List of Threatened Species.
- The Paleobiology Database.
- Tassonomija tal-Mammiferi.