Las Meninas
Las Meninas |
Diego Velázquez, 1656 |
Pittura biż-żejt |
318 × 276 ċm |
Museo del Prado, Madrid |
Las Meninas (bl-Ispanjol għal Xbejbiet għas-Servizz tar-Reġina) hija pittura tal-1656 ta' Diego Velázquez, l-artist li mexxa l-Epoka tad-Deheb Spanjola, li tinsab fil-Museo del Prado f'Madrid. Il-kompożizzjoni kumplessa u enigmatika tax-xogħol tqajjem mistoqsijiet dwar ir-realtà u l-illużjoni u toħloq relazzjoni inċerta bejn l-osservatur u l-figuri murija. Minħabba dawn il-kumplessitajiet, Las Meninas kienet waħda mill-iżjed xogħlijiet analizzati fil-pittura Oċċidentali.
Las Meninas turi kamra kbira fil-palazz ta' Madrid tar-Re Filippu IV ta' Spanja, u turi bosta figuri li ħafna minnhom huma membri tar-residenza tas-sovran Spanjol. Skont xi kummentaturi, dawn inqabdu f'mument partikolari daqs li kieku itteħdilhom ritratt. Xi wħud mill-figuri jħarsu lejn l-osservatur filwaqt li oħrajn jinteraġixxu bejniethom.