Aqbeż għall-kontentut

Lampuna

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Frott ta' erba' speċi ta' lampun. Skont l-arloġġ mix-xellug fuq: lampun ta' Boulder, lampun Korean, lampun indiġenu tal-Awstraljan, lampun tal-West Indies
Il-lampun ikkoltivat huwa ġeneralment ibridi bejn Rubus idaeus u R. strigosus

Lampuna hi l-frotta li tittiekel ta' numru kbir ta' speċi tax-xtieli fil-ġeneru Rubus, li ħafna minnhom huma fis-sottoġeneru Idaeobatus; l-isem japplika wkoll għal dawn il-pjanti stess. Il-lampun hu perenni.

Fost l-eżempji ta' speċi ta' lampun fis-sottoġeneru Idaeobatus ta' Rubus insibu:

Bosta speċi ta' Rubus li huma klassifikati f’sottoġeneri oħra jissejħu wkoll lampun, fosthom:

Il-kultivazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]
Lampun ikkultivat iwarrad fi ġnien
Frott nej tal-lampun ikkultivat
Produzzjoni f'tunnellati, 2003-2004:
FAOSTAT (FAO)
Russja 95000 26 % 110000 28 %
Serbja 79471 21 % 79180 20 %
Stati Uniti 48535 13 % 50000 13 %
Polonja 42941 12 % 42000 11 %
Ġermanja 20600 6 % 20500 5 %
Ukrajna 19700 5 % 20000 5 %
Kanada 14236 4 % 13700 4 %
Ungerija 9000 2 % 10000 3 %
Renju Unit 8000 2 % 8000 2 %
Franza 6830 2 % 7500 2 %
Il-bqija 27603 7 % 27890 7 %
Total 371916 100 % 389061 100 %
Il-produzzjoni dinjija tal-lampun

Il-lampun ikabbruh biex jinbiegħ bħala frott frisk jew biex jiġi ipproċessat kummerċjalment billi jiġi ffriżat malajr waħda waħda, magħsur jew imnixxef biex jintuża f'varjetà ta' prodotti tal-merċa. Fl-imgħoddi l-lampun kien jinġabar f’nofs is-sajf, iżda permezz tat-teknoloġija ta' llum, il-kultivari, u t-trasport, dan issa wieħed jista' jsibu s-sena kollha. Il-lampun għandu bżonn ħafna xemx u ilma biex l-iżvilupp tiegħu ikun mill-aħjar. Il-lampun jirnexxi fil-ħamrija skulata sew b'pH ta' bejn 6 u 7 li jkun fiha materja organika biżżejjed biex izżomm l-ilma[1]. Filwaqt li l-umdità hi essenzjali, ħamrija mxarrba ħafna jew tqila jew irrigazzjoni żejda jistgħu iġġibu l-Phytophthora, l-immuffar tal-għeruq, li hija waħda mill-problemi l-aktar serji li tolqot il-lampun aħmar. Bħala xitla kkultivata fir-reġjuni bi klima moderata niedja, jikber faċilment u għandu t-tendenza li jinfirex jekk ma jinżabarx. Il-lampun spiss jidher bħala ħaxixa ħażina fil-ġonna, mifrux miż-żerriegħa fil-ħmieġ tal-għasafar.

Hemm ż-żewġ tipi ta' lampun li huma l-iżjed imkabbra kummerċjalment, it-tip li jagħmel il-frott fis-sajf u jipproduċi abbundanza ta' frott fuq iz-zkuk li jkollhom sena (floricanes) matul żmien relattivament qasir f'nofs sajf, u t-tip "doppju" li jagħmel il-frott fuq iz-zkuk fl-ewwel sena (primocanes) tard fis-sajf tard u fil-ħarifa, kif ukoll fis-sajf fuq zkuk ta' sena. Il-lampun jista' jiġi kkultivat f’żona ta' ħruxija[2] minn 3 sa 9.

Tradizzjonalment il-lampun jitħawwel fix-xitwa f’għamla ta' zkuk għalkemm it-tħawwil ta' xtieli mkabbra bil-koltura tat-tessuti sar ħafna aktar komuni. Hemm sistema ta' produzzjoni speċjalizzat li bih iz-zkuk jitkabbru għal sena fi klima tat-Tramuntana bħal fl-Iskozja (ir-Renju Unit) jew Washington State (SUA) fejn il-kesħa meħtieġa biex ix-xitla tibda tarmi tasal kmieni. Dawn iz-zkuk imbagħad jinqalgħu bl-għeruq b'kollox u jerġgħu jitħawlu fi klimi isħan bħal fi Spanja fejn iwarrddu malajr u jipproduċu frott bikri ħafna. Ix-xtieli għandhom jitħawlu metru 'l bogħod minn xulxin f'ħamrija skulata sew; il-lampun is-soltu jitħawwel f’ringili mtellgħa meta jkun hemm xi periklu ta' taħsir tal-għeruq.

Il-fjuri tal-lampun jistgħu jkunu sors importanti tan-nettar għan-naħal tal-għasel u pollinaturi oħra.

Il-lampun jikber ħafna u lokalment jista' jkun invażiv. Jinfirex permess ta' rimjiet twal taħt l-art li jiżviluppaw l-għeruq u pjanti individwali. Dan jistgħu itellgħu xtieli ġodda 'l bogħod mhux ħażin mill-pjanta prinċipali. Għal din ir-raġuni, il-lampun jinfirex ħafna u jista' jimla ġnien sħiħ jekk u ma jitrażżanx.

Il-frott jinġabar meta jkun jinqala' faċilment mir-riċettaklu u jkun sar kulur skur (aħmar, iswed, vjola, jew isfar dehbi, skont l-ispeċi u l-kultivar). Dan jiġri meta l-frott ikun l-iżjed misjur u ħelu. Il-frott żejjed jista' jintgħamel f'ġamm tal-lampun jew iffriżat.

Il-weraq jistgħu jintużaw friski jew imnixxfin f’tè erbali u mediċinali. Dan għandu togħma astrinġenti, u fil-mediċina erbali għandu l-fama li hu effettivi fir-regolazzjoni taċ-ċiklu mestrwali.

Kull-lampuna tiżen madwar 4 g, fil-medja[3]u hi magħmula minn madwar 100 drupa żgħira [4], li kull waħda minnhom tikkonsisti minn polpa mmerrqa u żerriegħa waħda fin-nofs. Kull arbuxxell tal-lampun jista' jagħti mijiet ta' bakek fis-sena. Kontra t-tut tal-għollieq il-lampun ikollu qalba vojta meta jitneħħa mir-riċettakli.

Kultivar tal-lampun "dehbi"

Intgħażlu ħafna kultivari. Permezz tal-mezzi reċenti ntgħażlu kultivari bla xewk u aktar wieqfa li ma jeħtiġux irbit. Il-lampun hu spiss propagat permezz ta' biċċiet mix-xitla u jxettel faċilment f'ħamrija niedja. Dan l-użu ta' biċċiet mix-xitla jżomm il-ġenotip tal-omm u huwa l-metodu preferit ta' propagazzjoni meta jsir taħwil fil-kobor.

Il-lampun aħmar (Rubus idaeus u/jew Rubus strigosus) ġie mdakkar mal-lampun (Rubus occidentalis) biex jipproduċi lampun vjola, u ma' ispeċi varji f'sottoġeneri oħra tal-ġeneru Rubus, li rriżultaw f'għadd ta' ibridi, bħall-boysenberry u l-loganberry . Qiegħda tiġi investigata wkoll l-ibridizzazzjoni bejn il-lampun ikkultivat tas-soltu u xi speċi Asjatiċi ta' Rubus.

Mard u annimali ta' ħsara

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-lampun ġieli jikluh il-larvi ta' xi speċi tal-Lepidoptera (friefet u baħrijiet).

Il-Botrytis cinerea, jew Moffa Griża, hija infezzjoni fungali komuni fill-lampun u l-frott artab ieħor. Titfaċċa bħala moffa griża tikber fuq il-lampun, u taffettwa b'mod partikolari l-frott mibrux, peress li l-brix jipprovdi dħul faċli għall-ispori ta' B. Cinerea.

Ix-xtieli tal-lampun m'għandhomx jitħawlu fejn qabel kienu jiġu mkabbra l-patata, it-tadam, il-bżar, il-brunġiel jew xtieli bil-basla, mingħajr ma ssir qabel fumigazzjoni tal-ħamrija. Dawn l-uċuħ tgħix fihom il-marda Vertiċillożi, fungu li jista' jibqa' fil-ħamrija għal ħafna snin u jista' jinfesta l-uċuħ tal-lampun[5].

Il-lampun hu frotta kummerċjali importanti, li titkabbar ħafna fir-reġjuni tad-dinja kollha bi klima moderata. Ħafna mill-kultivari kummerċjali moderni l-aktar importanti tal-lampun aħmar ġejjin mid-dakkir bejn R. idaeus u R. strigosus[6]. Xi botaniċi jqisu l-lampun aħmar Ewrażjan u Amerikan fi speċi ċirkumboreali waħda, Rubus idaeus u l-pjanti Ewropej imbagħad jiġu kklassifikati bħala R. idaeus sottosp. Idaeus jew R. idaeus var. Idaeus u l-aħmar indiġenu għall-Amerika ta' Fuq jiġi kklassifikat jew bħala R. idaeus sottosp. strigosus jew R. idaeus var. strigosus. Il-lampun iswed, Rubus occidentalis hu kultant ikkultivat fl-Stati Uniti, u jipprovdi frott frisk u ffriżat kif ukoll ġammijiet, marmellati, u prodotti oħra, kollha bit-togħma aktar rikka distintiva ta' dik l-ispeċi.

Il-lampun bil-frott vjola ġie maħluq mill-ibridizzazzjoni ortikulturali tal-lampun aħmar u iswed, imma jinstab ukoll fl-ambjent naturali fi ftit postijiet (per eżempju, Vermont) fejn il-lampun aħmar u l-lampun iswed Amerikani it-tnejn jikbru b'mod naturali. L-isem botaniku Rubus × neglectus japplika għal dawn il-pjanti naturali kif ukoll għall-pjanti prodotti bl-ortikoltura li għandhom l-istess antenati. Il-produzzjoni kummerċjali tal-lampun vjola hi rari.

Iż-żewġ speċi ta' lampun aħmar u iswed għandhom varjanti naturali jew ortikulturali sofor ċar tat-tip albin li ġejjin mill-preżenza ta' ġeni reċessivi li jimpedixxu l-produzzjoni ta' pigmenti tal-antoċijan. Il-frott minn pjanti bħal dawn jissejaħ "lampun tad-deheb" jew "lampun isfar"; minkejja li għandhom l-istess dehra, dawn jibqgħu bit-togħma distintiva tal-ispeċi rispettiva tagħhom (aħmar jew iswed). Ħafna lampun bil-frott ċar mibjugħ kummerċjalment fil-Lvant tal-Istati Uniti ġej mill-lampun aħmar.

Nutrijenti u benefiċċji għas-saħħa

[immodifika | immodifika s-sors]

Lampun Nej
Valur nutrizzjonali kull 100 g

Enerġija 263.592 kJ
(63.000 kcal)
Karboidrati 14.7 g
- Zokkor 5.4 g
- Fibri 8 g
Xaħam 0.8 g
- saturat 0 g
- monosaturat 0.1 g
- polisaturat 0.5 g
Proteini 1.5 g
Vitamina A ekwiv. 1 μg (0%)
- beta-karotina 120 μg (1%)
Vitamina C 26.2 mg (32%)
Kalċju 25 mg (3%)
Ħadid 0.69 mg (5%)
Sodju 1 mg (0%)

Il-lampun fih ammonti sinifikanti ta' antiossidanti polifenoli bħall-pigmenti tal-antoċijanin li jistgħu jipproteġu kontra bost mard tal-bniedem[7]. L-istruttura sħiħa tal-frotta tikkontribwixxi għall-valur nutrittiv tagħha billi żżid il-proporzjon ta' fibra djetetika u tagħmilha fost il-pjanti tal-ikel bl-ogħla kontenut tal-fibra, 20% fibri mill-piż totali. Il-lampun hu sors rikk ta' vitamina C, b'30 mg għal kull porzjon ta' kikkra (madwar 50% tal-valur ta' kuljum), manganiż (madwar 60% tal-valur ta' kuljum) u fibra (30% tal-valur ta' kuljum). Il-kontenut ta' vitamina B 1-3, tal-aċidu foliku, tal-manjeżju, tar-ram u tal-ħadid huma konsiderevoli fil-lampun[8].

Il-lampun kważi għandu l-iżjed qawwa ta' antiossidanti mill-frott kollu, b'mod partikolari minħabba d-densità tal-kontenut ta' aċtu ellaġiku, kwerċetina, aċtu galliku, antoċijani, ċijanidini, pelargonidini, katekini, kaempferol u aċtu saliċiliku. Il-lampun isfar u oħrajn bil-kulur ċar għandhom inqas antoċijani.

Minħabba l-kontenut għoli tal-antidiossanti vitamina C u l-polifenoli msemmija hawn fuq, il-lampun għandu valur tal-ORAC (kapaċità għall-assorbenza tar-radikali tal-ossiġenu) ta' madwar 4900 għal kull 100 gramma, li jqegħdu fost il-frott bl-ogħla ORAC. Il-mirtill salvaġġ għandu madwar 9000 unitajiet ta' ORAC u t-tuffieħ għandu fil-medja 2800[9].

Għalkemm sal-lum ma sarx l-ebda studju kliniku li jipprova dawn l-effetti fil-bniedem, l-effetti tal-antiossidanti u tal-antiproliferattivi (kemopreventivi) kontra l-kanċer ġew assoċjati mal-ammont ta' fenoliċi u flavonojdi f'varjetà ta' ikel fosthom il-lampun[10][11][12].

Il-lampun, bħall-parti l-kbira tal-bakek l-oħra għandu indiċi gliċemiku baxx.

  1. ^ Strick B.C., Growing Raspberries in Your Home Garden [1]
  2. ^ [2]
  3. ^ Health and healing fact sheets, blackberries ~ Connecting Berry Health Benefit Researchers
  4. ^ Iannetta P. P. M., Wyman M., Neelam A., Jones C., Taylor M. A., Davies H. V., Sexton R. A causal role for ethylene and endo-beta-1,4-glucanase in the abscission of red-raspberry (Rubus idaeus) drupelets, Physiol Plant, vol.110. ħarġa 4 paġni 535–543, Diċembru 2000 [3]
  5. ^ Spooner farms certified raspberry Plants "Planting Information" [4]
  6. ^ Huxley, A., ed. (1992). New RHS Dictionary of Gardening. Macmillan ISBN 0-333-47494-5
  7. ^ Journal of Agricultural and Food Chemistry Presents Research from the 2007 International Berry Health Benefits Symposium, Journal of Agricultural and Food Chemistry ACS Publications, February 2008
  8. ^ "World's Healthiest Foods, in-depth nutrient profile for raspberries". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-10-07. Miġbur 2011-11-09.
  9. ^ Wu X, Beecher GR, Holden JM, Haytowitz DB, Gebhardt SE, Prior RL, Lipophilic and hydrophilic antioxidant capacities of common foods in the United States, J. Agric. Food Chem., vol. 52 ħarġa 12, paġni 4026–37, Ġunju 2004
  10. ^ Liu M, Li XQ, Weber C, Lee CY, Brown J, Liu RH, Antioxidant and antiproliferative activities of raspberries, J. Agric. Food Chem. vol.50, ħarġa 10, paġni 2926–30, Mejju 2002
  11. ^ Heinonen M, Antioxidant activity and antimicrobial effect of berry phenolics—a Finnish perspective, Mol Nutr Food Res, vol. 51, ħarġa 6, paġni 684–91, Ġunju 2007
  12. ^ Cerdá B, Tomás-Barberán FA, Espín JC, Metabolism of antioxidant and chemopreventive ellagitannins from strawberries, raspberries, walnuts, and oak-aged wine in humans: identification of biomarkers and individual variability, J. Agric. Food Chem., vol. 53, ħarġa 2, paġni 227–35, Jannar 2005