Aqbeż għall-kontentut

L-Għoti ta' Breda

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn L-Għoti ta Breda)
L-Għoti ta Breda
Diego Velázquez, 1634–5
Pittura biż-żejt fuq it-tila
307 × 367 ċm
Museo del Prado, Madrid

L-Għoti ta' Breda (bl-Ispanjol: La rendición de Breda, magħrufa wkoll bħala El cuadro de las lanzas jew Las lanzas) hija pittura tal-artist Spanjol Diego Velázquez tal-Epoka tad-Deheb Spanjola. Il-pittura tlestiet matul is-snin 1634–35, ispirata miż-żjara li għamel Velázquez fl-Italja flimkien ma' Ambrogio Spinola, il-ġeneral Ġenwiż li kkonkwista Breda fil-5 ta' Ġunju 1625. Din il-pittura hija meqjusa fost l-iżjed xogħlijiet sinjifikattivi ta' Velázquez, u l-kritiku Jan Morris iddeskriviha bħala waħda mil-pitturi l-iżjed Spanjoli fl-istorja.[1]

Il-konkwista ta' Breda fl-1625 kien wieħed mill-ftit suċċessi maġġuri li għamlet l-armata Spanjola matul it-tmiem tal-Gwerra tat-Tmenin Sena. Ambrogio Spinola, in-nobbli Ġenwiż li kien il-ġeneral tal-armata Spanjola, mar kontra l-istruzzjonijiet tas-superjuri tiegħu waqt il-konkwista ta' Breda. Qabel il-konkwista, il-gvern Spanjol iddeċieda li assedju armat kontra bliet tal-Pajjiżi l-Baxxi kien ħela ta' riżorsi u minflok kien se jagħfas fuq imblokk ekonomiku tal-Pajjiżi Baxxi.

Breda, belt viċin il-fruntiera tan-Netherlands, kienet okkupata mid-Duka ta' Alba mill-1567. Wara għaxar snin, il-belt kienet irkuprata minn Holach, però reġgħet sfat maħtufa minn Haultpenne ftit wara. Breda kienet is-sede tal-familja Oranġjo li kellha l-kastell tagħha hemmhekk.

  1. ^ James Morris, Spain, 1964, p. 29.