Kurgan (belt)
Dehra
- Għal użi oħra, ara Kurgan (diżambigwazzjoni)
Kurgan (bir-Russu: Курга́н) hu ċ-ċentru amministrattiv ta' Kurgan Oblast, fir-Russja; waħda mill-eqdem bliet fis-Siberja (pożizzjoni ġeografika: 55°28′Tr 65°21′Lv ). Twaqqfet fl-1553, u wara ġiet msemmiha Tsaryovo Gorodishche (Царёво Городи́ще), waqt li kisbet l-isem preżenti fis-sena 1782. Kurgan hi fuq il-linja tat-trejn Trans-siberjana, bejn Yekaterinburg u Omsk. Isservi bejn żewġ stazzjonijiet tal-ferrovija, l-Ajruport ta' Kurgan u kienet id-dar ta' Kurgan West, bażi tal-ajru fil-Gwerra Kiesħa.
Il-popolazzjoni ta' Kurgan varjat matul is-snin. Dawn huma r-rati li bihom il-popolazzjoni tbidlet:
- 10,600 (1897)
- 106,100 (1956)
- 365,300 (1998 est.)
- 361,500 (2001 est.)
- 345,515 (2002)
Istituzzjonijiet edukazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]- Akkademija tal-Agrikoluta
- Università tal-Istat ta' Kurgan
- Università Internazzjonali ta' Kurgan
- Akkademija Militari
- Akkademija tal-iskola tal-linji tal-Ferrovija
- Diversi teatri
Twieldu f'Kurgan
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Kurgan (belt) |