Aqbeż għall-kontentut

Elena Temnikova

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Elena Temnikova
Informazzjoni ġenerali
Isem sħiħ Elena Vladimirovna Temnikova
(Елена Владимировна Темникова)
Magħruf Lena
Twieled 18 ta' April 1985 (1985-04-18) (39 sena)
Unjoni Sovjetika Kurgan, Russja
Snin ta' attività 2003–preżent
Sit uffiċjali elenatemnikova.com

Elena Vladimirovna Temnikova (bir-Russu: Елена Владимировна Темникова; twieldet fit-18 ta' April 1985) hija kantanta u personalità televiżiva Russa.

Bdiet tistudja l-mużika f'età ta' 5 snin. Fl-2003, Temnikova kklassifikat fit-tielet post ta' "Star Factory", programm televiżiv fuq "Channel One". Dik is-sena, waħda mill-kontestanti kienet Yulia Savicheva, kontestanta Russa fil-Festival tal-Eurovision 2004. F'dan il-kuntest, Temnikova kantat kanzunetti bħal "SOS" u "Mamma Mia", u "Tell Him" ta' Celine Dion. Maxim Fadeev, il-produttur tal-programm, intebaħ bit-talent ta' Elena, u wara hi saret kantanta tal-kumpanija tar-rekords tiegħu, Monolit Records.

Tliet snin wara "Star Factory", fl-2006, Lena u l-produttur tagħha bdew jaħdmu fi proġett ieħor, Serebro, fejn fl-2007 irrappreżentaw lir-Russja fil-Festival tal-Eurovision 2007 u kisbu t-tielet post. Lena kienet fil-grupp mill-bidu. Hi sejħet lil Olga Seryabkina f'awdizzjoni, u hi ġiet magħżula bħala membru tal-grupp. F'intervista mar-rivista In Style, fi Frar 2008, Temnikova stqarret: "Wara Star Factory, Maxim Fadeev offrili xogħol ġdid. Hu offrili li nkun il-kantanta prinċipali ta' grupp ta' tfajliet. Jien iddeċidejt li niedħol għakuham, u flimkien sibna t-tieni u t-tielet membru".[1]

Fi Frar 2008, Lena, Olya u Marina marru f'vaganza fejn żaru lill-gżira Griega ta' Kreta. Din il-btala hi rappurtata fil-magazin "In Style"

Ħajja personali

[immodifika | immodifika s-sors]

Elena Temnikova tgħix f'Moska, però timmissja ħafna lil Kurgan. Hi tħobb il-kotba u toħroġ flimkien ma' ħbiebha. Fl-2004, hi żżewġet lil Alexey Semenov, wieħed mill-kontestanti ta' Star Factory 2003. Huma jinsabu separati.

  • "Begi" (2003)
  • "Taina" (2003)
  1. ^ Tradotti minn: "After Star Factory, Maxim Fadeev offered me a new job. He offered me to be lead singer in girl band. I decided to do it, and we together found second and third member".

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]