Yulia Savicheva

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Yulia Savicheva
Yulia Savicheva.jpg
Informazzjoni ġenerali
Isem sħiħ Yulia Stanislavovna Savicheva
Twieled 14 ta' Frar 1987 (1987-02-14) (28 sena)
Kurgan, Russja
Snin ta' attività 2003–preżent
Sit uffiċjali www.savicheva.ru

Yulia Stanislavovna Savicheva (bir-Russu: Ю́лия Станисла́вовна Са́вичева) (Kurgan, 14 ta' Frar 1987) hi kantanta Russa li ħadet sehem fil-Festival tal-Eurovision 2004 li sar f'Istanbul, fit-Turkija.

Bijografija[editja | immodifika s-sors]

Yulia twieldet fl-1987 minn familja ta' mużiċisti fil-belt ta' Kurgan lejn in-naħa tas-Siberja, fil-Lbiċ tal-Muntanji Ural. L-ewwel esperjenza fuq il-palk kienet fl-età ta' erba' snin, mal-grupp Agatha Christie. Wara bdiet tipparteċipa ma' grupp taż-żfin, fejn minkejja l-età tenera tagħha, kienet tesebixxi waħedha. Sena wara, meta kellha sitt snin, il-grupp (fejn missierha kien jaħdem ukoll) kien mistieden biex jaħdem f'Moska. Hemmhekk, hi pparteċipat f'diversi avvenimenti mużikali fiċ-ċentru rikreattiv ta' MAI.

Il-ħin liberu tagħha kienet tqattgħu ma' mużiċisti fiċ-ċentru rikreattiv jew fit-teatru. L-ewwel dehra importanti tagħha kienet f'parti fiċ-ċentru rikreattiv fi żmien l-ewwel tas-sena, fejn kienet ukoll l-ewwel darba li tħallset u fejn Yulia kellha titgħallem iż-żfin ballroom. Fl-istess żmien, hi kienet ukoll qed tistudja fl-iskola u tipparteċipa fil-grupp taż-żfin "Zhuravushka".

Bil-potenzjal kreattiv tagħha rnexxielha tikseb stedina minn L. Azadanova biex Yulia tingħaqad mal-grupp, u hi hekk għamlet. Kien f'dan iż-żmien li Yulia bdiet tkanta kif ukoll tiżfen. Wara dan, fl-2001, il-produttur Poleiko stedinha biex tieħu sehem fl-ispettaklu tal-ewwel tas-sena fil-Katidral ta' Kristu Salvatur, fejn irnexxielha tagħmel dan b'suċċess kbir u ġiet magħżulha biex terġa' tipparteċipa s-sena ta' wara.

F'Marzu tal-2003, beda t-tieni staġun tal-progamm televiżiv Star Factory. Il-produttur tal-proġett, Maxim Fadeev, kien diġà avviċina lil Yulia meta din kienet taħdem bħala vokalista fl-album "Vorona" tal-artista Russa Linda. Minkejja li Yulia pparteċipat fil-festival, hi kienet eliminata fis-semifinali. Madanakollu, il-kanzunetti tagħha saru popolari, fosthom "Korabli" (Vapuri), "Vysoko" (Għoli) u "Prosti Za Lyubov" (Aħfirli Jekk Inħobbok).

F'Marzu tal-2004, Yulia pparteċipat f'festival ieħor, "World's Best", u f'Mejju hi rebħet il-ħdax-il post fil-Festival tal-Eurovision bil-kanzunetta, "Belive Me" (Emminni). L-ewwel album tagħha ħareġ fl=2005 taħt it-titlu Vysoko (Għoli). Madwar nofs il-materjal tal-album kien miktub mal-mużiċisti tal-grupp Total.

F'Awwissu tas-sena 2005, Yulia kitbet il-kanzunetta "Esli V Serdtse Zhivet Liubov" (Jekk l-Imħabba Tgħix f'Qalbek) li saret il-kanzunetta uffiċjali tas-serje televiżiva "Ne Rodis' Krasivoi" fuq STS. Il-kanzunetta saret ukoll popolari u f'Novembru ħarġet album bl-istess isem. F'Ġunju 2006 ħarġet l-album Magnit, fejn Anastasia Maksimova kitbet il-parti l-kbira tal-kanzunetti.

F'Settembru tal-2007, għamlet xi kunċerti f'Tokjo u Osaka fil-Ġappun, u wara dan, fi Frar tal-2008 ħarġet l-album Origami.

Diskografija[editja | immodifika s-sors]

  • Vysoko (2005)
  • Esli v serdtse zhivyot lyubov (2005)
  • Magnit (2006)
  1. Привет / Privet
  2. Отпусти / Otpusti
  3. Если в сердце живёт любовь / Esli v serdtse zhivyot lyubov
  4. Здравствуй, это я / Zdravstvuy, eto ya
  5. Лёгкие / Lyogkiye
  6. Мало / Malo
  7. Виноград / Vinograd
  8. Как твои дела / Kak tvoi dela
  9. Я хочу в твои глаза / Ya khochu v tvoi glaza
  10. Седьмое небо / Sedmoe nebo
  11. Если в сердце живёт любовь (remix ta' NeoMaster)
  12. Лёгкие (Navigator remix)
  13. Седьмое небо (ta' Andrei Harchenko)
  • Origami (2008)
  1. Любовь-Москва / Lyubov-Moskva
  2. Выше звёзд / Vyshe zvyozd
  3. Никак / Nikak
  4. Ядерный взрыв / Yadernyy vzryv
  5. Зима / Zima
  6. Половинка / Polovinka
  7. Это судьба / Eto sud'ba (dwett ma' A. Makarsky)
  8. Послезавтра / Poslezavtra
  9. Кто-То Придумал Любовь / Kto-to pridumal lyubov
  10. Пепел / Pepel
  11. Никак / Nikak

Ħoloq esterni[editja | immodifika s-sors]

Predeċessur
t.A.T.u
Russja fil-Festival tal-Eurovision
2004

Suċċessur
Natalia Podolskaya