Aqbeż għall-kontentut

Knisja tal-injam ta' Hronsek

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-Knisja tal-injam ta' Hronsek

Il-Knisja tal-injam ta' Hronsek hija knisja Luterana li tinsab fil-villaġġ ta' Hronsek, fir-reġjun ta' Banská Bystrica, is-Slovakkja. Fil-Luteraniżmu, waħda mill-ikbar fergħat tal-Protestantiżmu, il-knisja tal-injam tissejjaħ ukoll knisja artikolari. Din il-knisja hija waħda mit-tmien Knejjes tal-Injam tal-Karpazji Slovakki li tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2008.[1]

Dimensjonijiet

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-knisja għandha għamla ta' salib bil-parti tawwalija twila 23 metru, filwaqt li l-parti qasira hija twila 18-il metru. Il-knisja hija għolja tmien metri.

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-kostruzzjoni tal-knisja bdiet fit-23 ta' Ottubru 1725 u tlestiet fil-ħarifa tal-1726. Hija waħda mit-tmien Knejjes tal-Injam tal-Karpazji Slovakki li ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fis-7 ta' Lulju 2008.[1]

Il-valur universali straordinarju tagħhom ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet" u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]

  1. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Wooden Churches of the Slovak part of the Carpathian Mountain Area". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-22.