Kelb tal-Fenek
Kelb tal-Fenek | ||||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Isem li bih magħruf internazzjonalment: | ||||||||||||||
| ||||||||||||||
Pajjiż li oriġina minnu: | ||||||||||||||
Malta | ||||||||||||||
Klassifikazzjoni tar-Razza | ||||||||||||||
| ||||||||||||||
Standard tar-Razza (ħoloq esterni bl-Ingliż) | ||||||||||||||
FCI, AKC, ANKC KC(UK), NZKC |
Il-Kelb tal-Fenek ġej minn razza ta' klieb li tiklassifika bħala membru tal-familja tal-hound jew pariahs
Dehra
[immodifika | immodifika s-sors]Din ir-razza ta' klieb aktarx hija mrawma mill-istess linja ta' klieb li ġew minnha r-razzez ta' klieb bħal Ibizian Hound (Castellano: Podenco Ibicenco, Català: Ca Eivissenc), li għandu forma tixbah lill-kelb tal-fenek imma b'kulur abjad u ftit kannella, u s-Sicilian Greyhound (Cirneco dell'Etna) li hu iżgħar mill-kelb tal-fenek.
Il-kelb tal-fenek hu kollu kemm hu kannella-ħamrani. Jeżistu klieb tal-fenek b'dabra bajda fuq rashom, ftit abjad fuq il-ponta ta' denbhom, tarf ta' saqajhom jew fuq żaqqhom. Id-dilettanti tal-kaċċa tal-fniek jippreferu kelb kollu kannella, biex il-kelb ma jiġix milmuħ mill-fniek meta d-dawl tal-qamar jirrifletti fuq l-abjad tal-kelb. Fost ir-raħħala, kelb tal-fenek bl-abjad huwa magħruf bħala faċċol
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Minn analiżi tad-DNA fuq ir-razza li saret riċentament fl-Amerika, instab li l-kelb tal-fenek mhix razza ta' klieb antika bħalma kien maħsub, iżda razza li żviluppat fi' żminijiet iktar riċenti. B'dan nifmhu kemm hu żbaljat l-isem bl' Ingliż Pharaoh Hound meta din ir-razza hi purament Maltija u m'għandha x'taqsam xejn mal-klieb irjali tal-fargħuni.
(Holqa bl-Ingliż [1])