Aqbeż għall-kontentut

Katsiaryna Barysevich

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Katsiaryna Barysevich
Ħajja
Twelid Staryja Darohi (en) Translate, 2 Awwissu 1984 (40 sena)
Nazzjonalità Belarussja
Edukazzjoni
Alma mater Università Statali tal-Belarussja
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni ġurnalist
Impjegaturi Komsomolskaya Pravda in Belarus (en) Translate
Tut.By (en) Translate
Premjijiet

Katsiaryna Barysevich (twieldet fit-2 ta' Awwissu 1984) hija ġurnalista mill-Belarussja. Hija korrispondent impjegata mas-sit indipendenti tal-aħbarijiet Tut.By.[1] Hija ħadmet għar-Radju Ewropew għall-Belarussja u għal mezzi oħra tax-xandir. Fl-2020 għamlet rapportaġġ dwar il-mewt ta' Raman Bandarenka.[2] Fid-19 ta' Novembru 2020 ġiet arrestata fil-belt kapitali, Minsk.[3]

Fl-24 ta' Novembru 2020, l-organizzazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem Amnesty International semmietha bħala priġunier tal-kuxjenza fil-każ ta' Bandarenka. Fl-istess jum, għaxar organizzazzjonijiet (iċ-Ċentru tad-Drittijiet tal-Bniedem ta' Viasna, l-Assoċjazzjoni tal-Ġurnalisti tal-Belarussja, il-Kumitat Belarussu ta' Ħelsinki u oħrajn) għamla stqarrija konġunta u kklassifikawha bħala priġunier politiku.[4][5] Boris Haretski, il-Viċi President tal-Assoċjazzjoni tal-Ġurnalisti tal-Belarussja, qal li l-awtoritajiet ma kinux qed jiġġieldu kontra l-problema, iżda l-mezzi tax-xandir kienu qed iwettqu dak ix-xogħol: "Huma jaħsbu li jekk l-istampa ma tiktibx dwar Bandarenka, in-nies mhumiex se jsiru jafu dwaru. Ovvjament, huma jkunu jafu kollox, iżda l-mezzi tax-xandir xorta għadhom taħt attakk".[6]

Fl-10 ta' Diċembru 2020, issemmiet bħala l-Ġurnalista tas-Sena (2020). Fis-16 ta' Diċembru 2020, ingħatat ġieħ bħala priġunier politiku minn Cem Özdemir, Membru Parlamentari tal-Bundestag.[7][8][9]

Fit-2 ta' Marzu 2021, Barysevich ingħatat sentenza ta' sentejn u nofs ħabs u multa f'100 unità bażika talli rrapportat data personali dwar il-mewt ta' Raman Bandarenka matul il-protesti tal-2020-2021 fil-Belarussja kontra l-President Alexander Lukashenko.[10]

Fost l-oħrajn, is-sentenza ta' ħabs mogħtija lil Barysevich ġiet ikkundannata mill-Federazzjoni Ewropea tal-Ġurnalisti, mill-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Ġurnalisti u mill-Istitut Internazzjonali tal-Istampa.[11][12][13]

Flimkien ma' Darya Chultsova u Katsyaryna Andreeva, fid-9 ta' April 2021 ingħatat il-premju "Unur tal-Ġurnaliżmu" f'isem il-fundatur ta' BelaPAN, Aleś Lipaj.[14]

Fl-14 ta' Lulju 2021 ingħatat il-Premju Internazzjonali CPJ għal-Libertà tal-Istampa u fit-12 ta' Awwissu 2021 ingħatat il-Premju tal-Midja Libera.

  1. ^ "Katsiaryna Barysevich" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-05.
  2. ^ ХХХ (2020-11-29). "Журналисту TUT.BY Катерине Борисевич, которая писала статью о Романе Бондаренко, предъявлено обвинение" (bir-Russu). Miġbur 2023-04-05.
  3. ^ "Журналиста TUT.BY Катерину Борисевич перевели в СИЗО на Володарского. Письма ей почти не доходят". web.archive.org. 2020-11-30. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-11-30. Miġbur 2023-04-05.
  4. ^ "Правозащитники признали политзаключенными журналисток Борисевич, Андрееву и Чульцову | naviny.by". web.archive.org. 2020-11-24. Arkivjat mill-oriġinal fl-2020-11-24. Miġbur 2023-04-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ "Правозащитники признали журналисток Катерину Борисевич, Катерину Андрееву и Дарью Чульцову политзаключенными". Медиазона Беларусь (bir-Russu). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-11-24. Miġbur 2023-04-05.
  6. ^ "Ходьба по минному полю. Как в Беларуси сейчас работают журналисты | Беларусь: взгляд из Европы - спецпроект DW | DW | 25.11.2020". web.archive.org. 2020-12-04. Arkivjat mill-oriġinal fl-2020-12-04. Miġbur 2023-04-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  7. ^ "Названы лауреаты Национальной правозащитной премии". spring96.org (bir-Russu). Miġbur 2023-04-05.
  8. ^ "«Журналистами года» правозащитники назвали трех арестованных по уголовным делам журналисток, в том числе и Катерину Борисевич". web.archive.org. 2020-12-10. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-12-10. Miġbur 2023-04-05.
  9. ^ "100 Paten für politische Gefangene in Belarus: Cem Özdemir wird Pate der Journalistin Katsiaryna Barysevich | Libereco". web.archive.org. 2021-02-02. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-02. Miġbur 2023-04-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  10. ^ "Belarus journalist sentenced for report on protester's death". AP NEWS (bl-Ingliż). 2021-04-20. Miġbur 2023-04-05.
  11. ^ ricardo (2020-11-20). "EFJ demands the immediate release of Belarusian reporter Katsiaryna Barysevich". European Federation of Journalists (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-11-20. Miġbur 2023-04-05.
  12. ^ Crouch, Erik (2021-03-02). "CPJ condemns sentencing of Belarus journalist Katsiaryna Barysevich to 6 months in jail" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-05.
  13. ^ IPI-author (2021-03-03). "IPI denounces conviction of Belarus journalist Katsiaryna Barysevich" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-05.
  14. ^ "Катерина Борисевич, Катерина Андреева и Дарья Чульцова удостоены премии «Гонар журналістыкі» - Брест. Последние новости сегодня. Брестская газета". web.archive.org. 2021-04-09. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-04-09. Miġbur 2023-04-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)