Julien Faubert
Julien Faubert ![]() | ||
Informazzjoni personali | ||
---|---|---|
Isem sħiħ | Julien Faubert | |
Twelid | 1 ta' Awwissu 1983 Le Havre | |
Pajjiż | ![]() | |
Tul | 1.80 m | |
Rwol | Midfilder lemini, difensur lemini | |
Informazzjoni fuq il-klabb | ||
Klabb kurrenti | West Ham United | |
Numru | 20 | |
Klabbs professjonali | ||
Snin | Klabb | Preż (Gwl)* |
2002–2004 2004–2007 2007– 2009 |
Cannes Bordeaux West Ham United → Real Madrid (self) |
45 (4) 96 (9) 27 (0) 2 (0) |
Tim nazzjonali | ||
2006– | Franza | 1 (1) |
Aġġornament: 11:19, 23 April 2009 (UTC) |
Julien Faubert (Le Havre, 1 ta' Awwissu 1983) hu plejer tal-futbol Franċiż li jilgħab bħala midfilder ma' West Ham United.
Karriera[immodifika | immodifika s-sors]
Faubert beda l-karriera mat-tim ta' Cannes, qabel ma fl-2004 itrasferixxa mat-tim ta' Bordeaux.
West Ham United[immodifika | immodifika s-sors]
Fl-1 ta' Lulju 2007, minkejja xniegħat li Faubert kien qrib li jitrasferixxi mat-tim ta' Rangers, hu minflok ingħaqad mat-tim Ingliż ta' West Ham United għal somma ta' madwar £6.1 miljun.[1] Però, il-karriera mal-West Ham ma tantx bdiet fuq nota pożittiva hekk kif weġġa' fil-logħba ta' ħbiberija ta' qabel l-istaġun kontra Sigma Olomouc, u kien mistenni li jdum sitt xhur barra mil-logħob. Id-debutt mal-ewwel tim wasal fit-12 ta' Jannar 2008, meta daħal bħala sostitut fil-partita kontra Fulham f'Upton Park. L-ewwel staġun qalb il-futbol Ingliż xejn ma kien feliċi meta irnexxielu jagħmel biss tmien apparenzi minħabba li kontinwament kien iweġġa.
Real Madrid[immodifika | immodifika s-sors]
Faubert ingħata l-permess li jinnegozja mat-tim ta' Real Madrid, bi ħsieb li jiġi msellef għall-kumplament tal-istaġun għal somma ta' €1.5 miljun b'għażla li Real jixtruh b'mod permanenti għal €6 miljun.[2] It-trasferiment tiegħu sar fil-31 ta' Jannar 2009,[3] waqt li d-debutt tiegħu bil-flokk Madrilen wasal fis-7 ta' Frar, kontra Racing Santander.[4]
Karriera internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]
L-unika apparenza ta' Faubert mat-tim nazzjonali Franċiż waslet fis-16 ta' Awwissu 2006, kontra il-Bożnija u Ħerżegovina. Id-debutt immarkah b'gowl fl-aħħar minuta biex assigura rebħa għal Franza bl-iskor ta' 2–1.
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- ^ "West Ham sign Faubert for £6.1m" (bl-Ingliż). 01-07-2007. Parametru mhux magħruf
|publikatur=
injorat (forsi ridt tuża|pubblikatur=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ "El Madrid ficha al francés del West Ham Faubert". AS (bl-Ispanjol). 30-01-2009. Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|publikatur=
injorat (forsi ridt tuża|pubblikatur=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ realmadrid.com, ed. (31-01-2009). "Official Announcement - Julien Faubert" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ "Real Madrid 1-0 Racing Santander" (bl-Ingliż). 07-02-2009. Parametru mhux magħruf
|publikatur=
injorat (forsi ridt tuża|pubblikatur=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna)