Aqbeż għall-kontentut

Julia Malinova

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Julia Malinova
Ħajja
Twelid Imperu Russu, 15 Settembru 1869
Nazzjonalità Imperu Russu
Bulgarija
Mewt Sofija, 5 Ottubru 1953
Familja
Konjuga/i Aleksandar Malinov (en) Translate
Edukazzjoni
Lingwi Bulgaru
Russu
Franċiż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni suffraġista
editur
Sħubija Salib l-Aħmar Bulgaru
Unjoni tan-Nisa Bulgari

Julia Malinova, isimiha u kunjomha ta' xebba Jakovlevna Scheider (bil-Bulgaru: Юлия Маринова (Яковлевна Шнайдер; twieldet fil-15 ta' Settembru 1869 u mietet fil-5 ta' Ottubru 1955), kienet suffraġista u attivista tad-drittijiet tan-nisa Bulgara. Kienet il-kofundatriċi tal-Unjoni tan-Nisa Bulgari, u kienet il-President tagħha darbtejn: fl-1908-1910, u mill-1912 sal-1926.[1]

Malinova twieldet fil-15 ta' Settembru 1869 bħala Lhudija Russa, ġiet edukata fi Franza u fl-Iżvizzera qabel ma marret tgħix il-Bulgarija malli kkonvertiet u żżewġet lill-avukat Alexander Malinov, li iktar 'il quddiem sar il-Prim Ministru tal-Bulgarija. Mill-1899, ħadet ħsieb l-editjar tar-rivista Zhenski glas ("Vuċi femminili") mal-għalliema, is-Soċjalista u l-kittieba Anna Karima, il-mara tas-Soċjalist Yanko Sakazov, u fl-1901, saru l-kofundaturi tal-Unjoni tan-Nisa Bulgari, u Karima kienet l-ewwel President tal-Unjoni. L-organizzazzjoni kienet organizzazzjoni li tħaddan fiha 27 organizzazzjoni lokali tan-nisa li kienu ġew stabbiliti fil-Bulgarija mill-1878. Ġiet stabbilita bħala rispons għal-limitazzjonijiet fl-edukazzjoni tan-nisa u fl-aċċess għall-istudji universitarji fis-snin 90 tas-seklu 19, bl-għan li javvanzaw l-iżvilupp intellettwali u l-parteċipazzjoni tan-nisa, permezz ta' kungressi nazzjonali u r-rivista Zhenski glas.[2]

Fl-1908, laħqet President tal-Unjoni u daħlitha bħala parti mill-Kunsill Internazzjonali tan-Nisa. Matul il-mandat tagħha, sawret il-politika tal-Unjoni bħala soċjetà għall-klassijiet kollha u għan-nies ta' kull fehma politika, u organizzat lin-nisa tas-suldati matul il-gwerra.[2]

Fl-1925, ġiet attakkata min-nisa nazzjonalisti Bulgari minħabba l-oriġini barranija tagħha. Hija rtirat bħala President tal-Unjoni fl-1926 u warajha laħqet Dimitrana Ivanova. Malinova mietet fil-5 ta' Ottubru 1955.[2]

  1. ^ Ruiz, Blanca Rodriguez; Rubio-Marín, Ruth (2012). The Struggle for Female Suffrage in Europe: Voting to Become Citizens. BRILL. p. 325. ISBN 9789004224254.
  2. ^ a b ċ Haan, Francisca de; Daskalova, Krasimira; Loutfi, Anna (2006). Biographical Dictionary of Women's Movements and Feminisms in Central, Eastern, and South Eastern Europe: 19th and 20th Centuries. Central European University Press. pp. 293–294. ISBN 9789637326394.