Juan Antonio Villacañas

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Juan Antonio Villacañas
Ħajja
Twelid Toledo, 10 Jannar 1922
Nazzjonalità Spanja
L-ewwel lingwa Spanjol
Mewt Toledo, 21 Awwissu 2001
Edukazzjoni
Lingwi Spanjol
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kittieb
kritiku letterarju
poeta
Premjijiet
Moviment artistiku poeżija
esej

Juan Antonio Villacañas (twieled fl-1922 – miet fil-21 ta' Awwissu 2001) kien poeta, kittieb u kritiku Spanjol.

Bijografija[immodifika | immodifika s-sors]

Mwieled f'Toledo, fi Spanja fl-1922, il-Gwerra Ċivili qatgħet fil-qosor l-edukazzjoni sekondarja tiegħu. Huwa serva l-obbligu militari tiegħu f'diversi postijiet bħal Melilla u l-wied Pirinew t'Arán. F'Melilla, ġie inkarigat bir-riorganizzazzjoni tal-librerija militari, fejn waqt li kien jaqra b'mod estensiv, ħa vantaġġ minn din l-opportunità sabiex jiżviluppa proċess awtodidattiku intensiv.

Hekk kif irritorna f'Toledo, hu ġie impjegat mill-Kunsill Lokali, fejn wara kien se jiġi inkarigat fil-qasam tal-Arti u l-Kultura, pożizzjoni li okkupa għal ħafna snin. Il-ktieb tal-poeżiji tiegħu "Los Sapos" (1968) hu akkużazzjoni tal-poter u l-abbużi tiegħu, fejn il-kunsill lokali hu fl-istess ħin realtà u metafora ta' dan l-istess poter. Fl-1956, hu ġie mistieden mill-Akkademja Belġjana tal-lingwa Franċiża u litteratura għat-III Bienale Internationale de Poésie de Knokke-le-Zoute (Belġju). Il-ħbiberija tiegħu mal-ispaniku u poeta Edmond Vandercammen tiddata minn daż-żmien. Vandercammen irrivista il-ktieb “Conjugación Poética del Greco” fil-ġurnal “Le Journal des Poètes” (1959) u għall-istess ġurnal (1972) ittraduċa ħafna mill-poeżiji ta' Juan Antonio għall-Franċiż.

Wara iż-żmien li qatta fil-Belġju, ġie intervistat mill-UNESCO f'Pariġi, fejn il-vuċi tiegħu ġiet irrekordjata għal xandira speċjali fl-Amerka Latina. Mill-Ħamsinijiet 'il quddiem, ix-xogħlijiet ta' Juan Antonio Villacañas bdew jidhru kemm fl-antoloġiji nazzjonali kif ukoll f'dawk internazzjonali. F'dak l-istess żmien, biċċiet mix-xogħlijiet poetiċi u kritiċi tiegħu bdew ukoll jidhru f'diversi ġurnali u gazzetti.

Villacañas għex f'Toledo ħajtu kollha, u baqa indipendenti minn għaqdiet u movimenti litterarji billi żamm mal-ideat poetiċi personali tiegħu. Din l-indipendenza poetika u artistika kienet il-fattur ewlieni li wassal l-għaqdiet u movimenti kritiċi tat-Tmeninijiet 'il quddiem biex jinjuraw u jinneglieġu lil Villacañas.

Madankollu, mill-2001 'il quddiem, numru ta' poeti u kritiċi, kemm Spanjoli kif ukoll barranin li bdew jammiraw ix-xogħlijiet ta' Villacañas beda jiżdied. Dan it-tqawwim mill-ġdid ta' interess, li ġie wara waqfa matul dawn id-deċennji tas-seklu għoxrin, juri mill-ġdid l-importanza ta' Juan Antonio Villacañas. Relevanti f'dan l-aspett huwa l-apprezament ta' poeti u kritiċi bħal Emilio Porta[1], Pablo Luque Pinilla[2], Roberto Carlos Hernández Ferro[3], Enrique Garcia[4] u Michael Smith[5].

Fl-2010, il-fiera tal-ktieb annwali ta' Toledo ġiet iddedikata lil Juan Antonio Villacañas. Beatriz onorat dan l-avveniment bid-diskors tal-ftuħ[6].

Xogħlijiet[immodifika | immodifika s-sors]

Juan Antonio Villacañas kiteb tlieta u tletin ktieb ta' poeżiji li jkopru għanja ta' temi u forom, mill-vers ħieles (lura saħansitra għall-Ħamsinijiet) għas-sunett, minn stanzi u ritmijiet li vvinta hu stess, għal-lira: Juan Antonio Villacañas ħawwar il-forma klassika b'ideat ġodda u sorprendenti, tant li l-lirijiet tiegħu huma magħrufin bħala “Lirijiet Juanantonjani”. B'unur tal-maestà tal-lira ta' Juan Antonio Villañas, Juan Ruiz de Torres ħoloq forma ġdida magħrufa bħala d-deċilira, misluta minn dik ta' Villacañas.

F'din tal-aħħar, Villacañas jenfasizza l-iżbalji fil-parti l-kbira tal-krititika poetika predominanti ta' dak iż-żmien. Poeżiji, rivisti, stejjer qosra u kitbiet ta' tipi differenti jistgħu jinstagħbu f'pubblikazzjonijiet bħall-“ABC”, “Poesía Española (1ª y 2ª Épocas), Diario Ya, Poesía Hispánica, Diario de León, Le Journal des Poètes' u “El Mercurio” taċ-Ċile.

Fis-Sebgħinijiet, Juan Antonio Villacañas esplora modi differenti tal-kitba: iż-żwieġ tal-poeżija u l-immaġni li bieh ħoloq unità sinifikattiva li sejħilha “liriforma”. Wirja ta' dawn il-“liriformi” ttellgħet fil-Palazz ta Benecazón f'Toledo fl-1976. Dawn il-“liriformi” flimkien jiffurmaw il-ktieb Testamento de Carnaval. Flimkien ma' xi midja oħra, il-perjodika La Estafeta Literaria intervistat l-awtur fil-ħarġa Nru 579, 1 Jannar 1976.


Poeżiji[immodifika | immodifika s-sors]

  • 1952, Navegando en la Noche
  • 1952, Legionario del Mundo
  • 1953, Brisas Íntimas
  • 1954, Palabras
  • 1954, El Tiempo Justo
  • 1955, El Diluvio Universal
  • 1957, La Estatua Animada
  • 1958, Conjugación Poética del Greco
  • 1960, Marcha Destriunfal
  • 1961, Música en las Colinas
  • 1962, Los Vagos Pensamientos
  • 1964, Sala de Juego
  • 1965, La Llama entre los Cerezos
  • 1968, Los Sapos
  • 1971, Cárcel de la Libertad (Premio “Ausiàs March” 1969)
  • 1971, Las Humanas Heridas de las Piedras
  • 1973, Rebelión de un Recién Nacido
  • 1975-1976, Testamento del Carnaval (Liriformas)
  • 1980, El Dante en Toledo
  • 1980-1984, Estado de Gracia (Incluido en Argumento de Mi Biografía, 2000 como Cartas Pasión con Tetis, 1980)
  • 1990, 20 Poemas de Antón y una Canción Inesperada
  • 1991, El Humor Infinito de la Historia
  • 1993, Homenaje a la Lira en Larga Sobremesa con Luciano
  • 1995, Se Equivocó el Profeta
  • 1995, Las Tentaciones de Sanjuanantonio
  • 1996, A Muerto por Persona
  • 1996, Al Margen de lo Transitable (bajo el seudónimo de Juan Amor de Velasco)
  • 1996, Antología Poética
  • 1997, Sublevación de la Melancolía
  • 1998, Sandemonio en la Gloria
  • 1998, Sublimación de la Desobediencia
  • 1999, Balbuciendo
  • 2000, Argumento de la Poesía
  • 2000, Argumento de mi Biografía
  • 2000, Déjame al Conde-Duque, que lo mato (Juan Amor de Velasco)
  • 2001, La Soberbia del Gesto (Mhux pubblikati)
  • 2009 Juan Antonio Villacañas: Selected Poems. Edizzjoni Bilingwa Spanjol/Ingliż. Traduzzjoni minn Michael Smith u Beatriz Villacañas. Edizzjoni: Luis Ingelmo. Shearsman. Renju Unit.

Komponimenti[immodifika | immodifika s-sors]

  • 1971, Bécquer o la Poesía de Todos (Premio del Círculo de Escritores y Poetas Iberoamericanos de Nueva York)
  • 1989, Versómanos.

Premji u unuri[immodifika | immodifika s-sors]

  • Toledo de Periodismo, 1957.
  • Gran Duque de Alba, 1963.
  • Países Hispánicos, 1964.
  • Premio Provincia de León, 1965.
  • Juan de Baños, 1965.
  • Nacional de Literatura de Tema Deportivo, 1966.
  • Instituto de Cultura Hispánica, 1967.
  • Justas Poéticas Ayuntamiento de Madrid 1968.
  • Ausias March, 1969.
  • Premio Círculo de Escritores y Poetas Iberoamericanos de Nueva York.
  • Fis-sena 2000 kien propost mir-Real Academia de Bellas Artes y Ciencias Históricas de Toledo bħala kandidat għall-Premio Reina Sofía de Poesía Iberoamericana.

Antoloġiji[immodifika | immodifika s-sors]

Juan Antonio Villacañas jidher, fost l-oħrajn, f'dawn l-antoloġiji:

  • Antologías de Poesía Española, 1955-1956; 1956-1957; 1961-1962; 1963-1964; 1964-1965. Luis Jiménez Martos, Aguilar.
  • Poésie Espagnole Contemporaine, 1962. Templeuve.
  • La Poesía Española en 1961, 1963. Cuadernos Bibliográficos VIII, CSIC.
  • Panorama Poético Español, 1965. Luis López Anglada. Editora Nacional.
  • Antología Bilingüe (Español-Inglés) de la Poesía Española Moderna, 1965. Helen Wohl Patterson. Ediciones Cultura Hispánica.
  • Quién es Quién en las Letras Españolas. Primera Edición: Guillermo Díaz Plaja, 1969. Ediciones consecutivas 1973 y 1979. Instituto Nacional del Libro Español.
  • Poetas Sociales Españoles, 1974. José Gerardo Manrique de Lara. Epesa.
  • Poesía Castellana de Cárcel, 1976, José María Balcells. Dirosa.
  • Poesía Erótica en la España del Siglo XX, 1978, Jacinto López Gorgé y F. Salgueiro. Vox.
  • Antología-Homenaje a Teresa de Jesús, 1982, Colección Poesía Nueva, Madrid.
  • Poetas de Hoy en España y América, 1983, Colección Poesía Nueva, Madrid.
  • Jornadas de Poesía Luso-Española, 1983, Taller Prometeo de Poesía, Madrid.
  • La Cultura en Castilla-La Mancha y sus Raíces, 1984, Textos de Rafael Morales y Ficha Bio-Bibliográfica de Francisco Fúster Ruiz, Junta de Comunidades de Castilla-La Mancha.
  • Quién es Quién en Poesía, 1985, Prometeo, Madrid.
  • Poetas de Castilla-La Mancha (1939-1985), 1986, Alfredo Villaverde, Patronato Municipal de Cultura, Ayuntamiento de Guadalajara.
  • Antología Ibero-Americana de la Guitarra, 1987, Luis F. Leal Pinar. Editorial Alpuerto, Madrid.
  • Poetas Hispanoamericanos para el Tercer Milenio, 1993, Alfonso Larrahona Kästen, México.
  • Cantores del Corpus Christi, Antología de Poesía Lírica Toledana, 1996, Elizabeth Wilhelmsen (Selección, Introducción y Documentación) General Editor: Robert Laner, Ibérica, Vol. 13, Peter Lang, New York, Washington, DC.
  • Guitarra de 26 Cuerdas, Antología Bilingüe Español-Ruso. Juan Ruiz de Torres, Yuri Shashkov y Victor Andreev. Asociación de Hispanistas de San Petersburgo.

Bibljografija[immodifika | immodifika s-sors]

  • Aller, César, 1968, Los Sapos, de Juan Antonio Villacañas, Poesía Española, 2ª Época. Nº 184, Abril.
  • Arias de la Canal, Fredo, 2004, Antología de la Poesía Cósmica y Tanática de Juan Antonio Villacañas', Frente de Afirmación Hispanista, Méjico.
  • Barrero, Hilario, 1968, “Los Sapos, Juan Antonio Villacañas”, Aldonza, Revista de Poesía, Alcalá de Henares, Nº 44, Junio.
  • Castro, J.A. 1964, Sala de juego, de Juan Antonio Villacañas, La Voz de Talavera, 29 de Abril.
  • Gallego Morell, A. 1969, Literatura de tema deportivo, Madrid: Prensa Española: “Cerca de hoy, tras la Olimpiada de Tokio, un libro de poesía deportiva, La Llama entre los Cerezos, libro excelente, definitivo, para mantener vivo un tema literario”, p.113.
  • Gallego Morell, A. “Poesía y Deporte”, 1982, ABC-Sábado Cultural, 6 de Febrero. También en este artículo se habla sobre La Llama entre los Cerezos.
  • González-Guerrero, Antonio, 1994, “La importancia de llamarse Juan Antonio”, El Día de Cuenca y de Toledo, 1 de Diciembre. (Publicado también en Arboleda, Palma de Mallorca, Nº 38, Septiembre 1995.
  • Jiménez Martos, L. 1965, “Juan Antonio Villacañas: La Llama entre los Cerezos. 'La estafeta Literaria, Nº 331.
  • “Sublevación de la melancolía, de Juan Antonio Villacañas”, Carta de la Poesía, Madrid, Nº 53.
  • “Sublimación de la desobediencia, de Juan Antonio Villacañas”, Carta de la Poesía, Nº 55.
  • Jurado Morales, J. 1971, “Cárcel de la Libertad y Las Humanas Heridas de las Piedras, de Juan Antonio Villacañas”, Azor, Barcelona, Nº 45, Diciembre.
  • López Anglada, L. 1964 “Sala de Juego, de Juan Antonio Villacañas”, El Español, Madrid, 4 de Julio.
  • López Gorgé, J. 1974, Juan Antonio Villacañas, Rebelión de un Recién Nacido”, La Estafeta Literaria, Nº 541, Junio.
  • López Martínez, J. 1975, “Un Estudio sobre la Vida y Obra de Bécquer: Bécquer o la Poesía de Todos, de Juan Antonio Villacañas, Diario YA, Madrid, 12 de Junio.
  • De Luis, Leopoldo, 1954, “El Tiempo Justo, de Juan Antonio Villacañas”, Poesía Española, Nº35, Noviembre.
  • Manrique de Lara, J. G. 1964,”Sala de Juego, de Juan Antonio Villacañas”, Poesía Española, , 2ª Época Nº 138, Junio.
  • Morales, Rafael, 1965, “Nuevos cantos olímpicos, La Llama entre los Cerezos, de Juan Antonio Villacañas”, Libros de Poesía, Arriba, Madrid, 10 de Enero.
  • Morales, Rafael, 1968, “La Poesía Social de Juan Antonio Villacañas”. Arriba, Madrid, 3 de Marzo.
  • Muñoz, Mª. J. 1995, “Se equivocó el profeta, último libro de Juan Antonio Villacañas, ABC Toledo, 23 de Agosto.
  • Murciano, Carlos, 1971, “Cárcel de la Libertad, de Juan Antonio Villacañas”, Poesía Hispánica, Septiembre.
  • Murciano, Carlos, 1989, “Juan Antonio Villacañas: Versómanos”, Valor de la Palabra, Revista de la Asociación Prometeo de Poesía.
  • Porta, Emilio, “La Poesía de Juan Antonio Villacañas: Argumento de una Biografía-Obra Poética 1960-1984”, Mirador. Revista de la Asociación de Escritores y Artistas Españoles. Nº 8, Marzo, 2004.
  • Presa, Vicente, 1974, “Poesía para el Tiempo: Juan Antonio Villacañas”, El Diario de León, 27 de Octubre.
  • Ruiz de Torres, Juan, 1997, “Antología Poética de Juan AntonioVillacañas”, Carta de la Poesía, Madrid, Nº 48, Enero.
  • Sander, Carlos, 1961, “Marcha Destriunfal”, El Mercurio de Chile, 9 de Abril.
  • Sander, Carlos, 1962, “Conjugación Poética del Greco”, El Mercurio de Chile, 15 de Abril.
  • Ulyses (Ángel Palomino), 1973, “Rebelión de un Recién Nacido”, De Tomo y Lomo, La Codorniz.
  • Umbral, Francisco, 1960, “Marcha Destriunfal”, Madrid Literario. El Norte de Castilla, Marzo.
  • Vandercammen, E. 1959, “Juan Antonio Villacañas: Conjugación Poética del Greco”, Le Journal des Poètes, Livres Espagnols, Bruselas, Nº2, Février.
  • Villacañas, Beatriz, 2003, La Poesía de Juan Antonio Villacañas: Argumento de una Biografía -Obra Poética 1960-1984-), Junta de Comunidades de Castilla-La Mancha, Consejería de Educación y Cultura. Toledo.

Pragrammi tar-radju ddedikati lil Juan Antonio Villacañas[immodifika | immodifika s-sors]

  • 1953, “Brisas Íntimas, por Juan Antonio Villacañas”, Índice de Libros y Revistas, Guion: Valentín Gutiérrez de Miguel, Radio Madrid, Cadena Ser, 16 Julio.
  • 1959, “Un Poeta de Altura Excepcional: Juan Antonio Villacañas” , por Manuel Ostos Gabella, Radio Manises, 6 Marzo.
  • 1960, “El Poeta y Sus Libros: Juan Antonio Villacañas”, Entrevista a cargo de Felisa Sanz, Radio España, 23 Julio.
  • 1960, “Marcha Destriunfal, de Juan Antonio Villacañas, Aldebarán, Sala de Lectura, León, 16 Marzo.
  • 1962, “Los Vagos Pensamientos. Juan Antonio Villacañas”, La Palabra en el Tiempo, Radio Nacional de España, 1 Julio.
  • 1965, “Juan Antonio Villacañas. La Llama entre los Cerezos”, Programa: Crítica de Libros, Guion: Basilio Gassent, Radio Madrid, Cadena Ser, 4 Diciembre.
  • 1968, “Juan Antonio Villacañas: Los Sapos”, Programa: Crítica de Libros. Guion: Basilio Gassent, Radio Madrid, Cadena Ser, 26 Febrero.
  • 1969, “Geografía Poética de España. Poemas de Juan Antonio Villacañas”, Radio Nacional de España, División de Programas Educativos, 31 Julio.
  • 1972, “Antologías de Viva Voz: Juan Antonio Villacañas”, por Acacia Uceta, Radio Nacional de España, III Programa, 28 Abril.
  • 1972, “Juan Antonio Villacañas. Las Humanas Heridas de las Piedras”, Programa: Crítica de Libros. Guion: Basilio Gassent, 13 Enero.
  • 1982, “El Dante, en Toledo, de Juan Antonio Villacañas”, por Enrique Domínguez Millán, Revista de Libros, Radio Nacional de España, Radio 3, Semana del 22-28 Marzo.
  • 1985, “Entrevista a Juan Antonio Villacañas”, por José Hierro, Aula Poética, Radio Nacional de España, 24 Marzo.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ “Biż-żmien, wieħed mill-aħjar poeti tas-seklu għoxrin, Juan Antonio Villacañas se jieħu l-ġustizzja li tistħoqqlu. Ix-xogħlijiet poetiċi tiegħu huma notevoli għar-rikkezza ta' temijiet u l-kumplessità li juru, u ġew miġbura fi ktieb straordinarju, magħżula u rrakmati minn poetessa kbira oħra, Beatriz Villacañas, bint Juan Antonio. Beatriz wettqet xogħol eċċellenti u estensiv, mfassal b'imħabba u għerf għax-xogħlijiet poetiċi ta' missiera. Huwa ktieb li għandu jinqara minn kull min huwa verament maħbub tal-Litteratura ta' vera.” Porta, Emilio, “La Poesía de Juan Antonio Villacañas: Argumento de una Biografía-Obra Poética 1960-1984”, Mirador. Revista de la Asociación de Escritores y Artistas Españoles. Nº 8, Marzu, 2004.
  2. ^ Pablo Luque Pinilla, “Entrevista a Beatriz Villacañas, hija del poeta Juan Antonio Villacañas” (Intervista ma' Beatriz Villacañas, bint il-poeta Juan Antonio Villacañas) 7 ta' Frar 2011
  3. ^ Hernández Ferro, R.C. 2004, “ Juan Antonio Villacañas, su obra en México”. El Sol de México. L-Erbgħa, 11 t'Awwissu.
  4. ^ Enrique Gracia: http://poetasenvivo.blogspot.com.es/2009/03/juan-antonio-villacanas-poeta.html
  5. ^ Michael Smith: traduttur għall-Ingliż, flimkien ma Beatriz Villacañas, awtriċi ta' Juan Antonio Villacañas: Selected Poems, Shearsman Books, LTD. Renju Unit, 2009.
  6. ^ Carlos Muñoz, 9 May 2010, “La Feria del Libro rinde culto al poeta Juan Antonio Villacañas” (Il-Fiera tal-Ktieb tagħti ġieħ lill-poeta Juan Antonio Villacañas), El Día de Toledo.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]