Irene Condachi
Irene Condachi | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Valletta, 7 Ġunju 1899 |
Nazzjonalità | Malta |
Mewt | Malta, 1970 |
Edukazzjoni | |
Alma mater |
Università ta' Malta Università ta' Napli Federico II Università ta' Pavia |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | tabib |
Irene Condachi (7 ta' Ġunju 1899 -1970) kienet tabiba Maltija, waħda minn żewġ tobba nisa li pprattikaw fil-pajjiiż matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Hija kienet waħda mill-fundaturi tas-servizz mediku fl-iskejjel, wara li saret l-uffiċjal mediku għall-iskejjel tal-gvern. Hija kienet responsabbli mill-qerda tal-iskabbja mis-sistema edukattiva f'Malta.
Ħajja bikrija
[immodifika | immodifika s-sors]Irene Condachi twieldet f'Malta fis-7 ta' Ġunju 1899. Il-familja tagħha kienu emigraw mill-Greċja. Missierha, Constanino Condachi kien negozjant.[1] Hija trabbiet fit-tradizzjoni Ortodossa Griega, li kellha attitudni aktar tolleranti minn oħrajn għan-nisa li jaħdmu barra mid-dar.[2] Fl-1916, hija bdiet l-istudji mediċi tagħha fl-Università ta' Malta, iżda waqfet wara sena. Għaxar snin wara, hija ggradwat bħala tabib mill-Università ta’ Napli. Hija kompliet bl-istudji tagħha u rċeviet grad ta’ speċjalista fil-pedjatrija mill-Università ta’ Pavia fl-1928.[1]
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Wara li temmet l-istudji tagħha fl-Italja, Condachi rritornat Malta u saret assistenta ta’ Joseph Ellul, il-professur responsabbli mill-Qwiebel u l-Ġinekoloġija fl-Università ta’ Malta fil-Belt Valletta.[1][2]
Fl-1938, tqabbdet bħala l-uffiċjal mediku tal-iskejjel tal-gvern,[3] u bdiet tgħix fi Triq Luzio f'Tas-Sliema.
Fil-bidu tal-gwerra, b’ħafna rġiel inqabdu bil-lieva biex jiġġieldu, filwaqt li xi nisa kienu nvoluti wkoll fis-servizzi ta’ difiża għall-gżira. Flimkien ma' oftalmologu u dentist, Condachi bdiet s-servizz mediku fl-iskejjel tal-gvern. Minħabba n-nuqqas ta’ trasport, hi mxiet biex iżżur id-diversi skejjel madwar il-gżira. Hija laqqmet u għamelt eżamijiet mediċi fuq aktar minn 20,000 tifel u tifla tal-iskola bejn l-1941 u l-1942.
Hija kienet responsabbli għall-qerda tal-iskabbja fl-iskejjel tal-gvern bl-użu ta’ ingwent ibbażat fuq il-petroleum.[2] Il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħha kienu perikolużi, hekk kif fl-1941, l-iskejjel tal-gvern ġew ikkonvertiti fi sptarijiet u ċentri għar-refuġjati. Waqt li kienet qed tissorvelja l-isptar fl-iskola tal-gvern f'Ħal Qormi, il-faċilità ġiet ibbumbardjata u Condachi, l-istaff tagħha, ir-refuġjati u l-istudenti ħarbu f'xelter fil-viċin, taħt l-art taħt l-iskola tal-bniet.[4] Condachi hija waħda miż-żewġ tobba nisa magħrufa li pprattikaw f'Malta matul il-gwerra.[2]
Condachi kompliet bħala l-uffiċjal mediku tal-Ministeru tal-Edukazzjoni sal-1959. Hija kienet l-iktar mara mħallsa fis-servizz tal-gvern fl-era tagħha.[5]
Mewt u legat
[immodifika | immodifika s-sors]Condachi mietet fl-1970 u hija mfakkra għall-karriera twila tagħha li tipprovdi servizz mediku lil Malta.[1]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ Camilleri, Patricia (2018-10-11). "The Rise and Rise of the Female Graduate:Some milestones in tertiary education forwomen in Malta" (PDF). web.archive.org. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2018-10-11. Miġbur 2021-03-04.
- ^ a b ċ "How women ran Malta during World War II - timesofmalta.com". web.archive.org. 2016-06-23. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-23. Miġbur 2021-03-04.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)