Insettivoru
Insettivoru (mil-Latin "nsectum" - insetti li tfisser insett u "vorare" - -voru li tfisser taħtaf u tibla l-ikel), huwa definit bħala annimal b' dieta li tkun tikkonsisti primarjament jew esklużivament mill-insetti u annimali żgħar oħrajn (eżempju brimb u skorpjuni). Annimali li jieklu primarjament jew esklużivament insetti, jissejħu insettivori obligati.
Il-kelma tirreferi ukoll għal mammiferi ta' l-ordni Insectivora (li llum il-ġurnata huwa maqsum f' bosta ordnijiet), li numru minnhom inzerta jiekol l-insetti iżda mhux kollha u bħal ma hemm ħafna speċi ta' l-ordni Carnivora li huma omnivori (u 2 minnhom il-panda ġgant u l-panda ż-żgħir jew il-panda l-aħmar huma erbivori), tant ieħor hemm membri tal-ordni Insectivora li ma jieklux insetti.
L-Insettivori bħal pixxivori huma annimali karnivori speċjalizzati u bħal ma' dawn ta' l-aħħar jispeċċjalizzaw fil-konsumazjoni primarja jew esklużiva tal-ħut, l-insettivori jispeċjalizzaw fil-konsumazjoni primarja jew esklużiva ta' l-insetti.
Hemm ukoll kemm il-ġeneru u ftit mijjiet ta' speċi ta' pjanti insettivori. Dawn ġeneralment jikbru f' ħamrijja fqira minn nitroġenu u b' hekk biex ipattu għal dan in-nuqqas jikkunsmaw l-insetti. Teknikament dawn mhumiex insettivori obligati, għax jistgħu jikkunsmaw, kull annimal żgħir li kapaċi jinqabbad fin-nassa tagħhom. Fl-akbar speċi ta' pjanti insettivori instabu kemm il-darba roditturi u rettili żgħar.
Eżempji ta' Annimali Karnivori
[immodifika | immodifika s-sors]- Mammiferi: ekidni, numbat, wikkiela n-nemel, orikteropu, pangolini, senġijiet, friefett il-lejl.
- Għasafar: ħuttaf.
- Amfibjani: żrinġijiet u rospi
- Rettili: kamalejonti u gremxul.
- Ħut: klieb il-baħar u tonn.
- Invertebrati: brimb, skorpjumi, nannakoli, libelluli u mantidi.
- Pjanti : pjanti insettivori
Ara Ukoll
[immodifika | immodifika s-sors]Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Murphy, W.J., E. Eisirik, S.J. O'Brian, O. Madsen, M. Scally, C.J. Douady, E. Teeling, O.A. Ryder, M.J. Stanhope, W.W. de Jong, and M.S. Springer. 2001. Resolution of the early placental mammal radiation using Bayesian phylogenetics. Science 294238-2351.
- Vaughan, T. A. 1986. Mammalogy. Third Edition. Saunders College Publishing, Fort Worth. vii+576 pp.
- Yates, T. L. 1984. Insectivores, elephant shrews, tree shrews, and dermopterans. Pp. 117-144 in Anderson, S. and J. K. Jones, Jr. (eds). Orders and Families of Recent Mammals of the World. John Wiley and Sons, N.Y. xii+686 pp.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Myers, P. 1999. "Insectivora" (On-line), Animal Diversity Web. Accessed January 06, 2007 at Informazjoni dwar l-ordni Insectivora.
- iCarnivorousPlants.com by Makoto HondaInformazjoni dwar il-Pjanti Karnivori tad-dinja.