Harm van Veldhoven
| | |||
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Twelid | 28 ta' Settembru 1962 Luyksgestel, Netherlands | ||
| Tul | 1.80m | ||
| Rwol | Midfilder | ||
| Karriera professjonali | |||
| Snin | Klabb | ||
| 1979–1985 | Lommel | ||
| 1985–1990 | Germinal Ekeren | ||
| 1990–1992 | RWDM | ||
| 1992–1999 | Lommel | ||
| Timijiet ikkowċjati | |||
| 1999–2000 | Lommel (assistent) | ||
| 2000–2003 | Lommel | ||
| 2003–2004 | Brussels | ||
| 2004–2007 | Cercle Brugge | ||
| 2007–2008 | Germinal Beerschot | ||
| 2008–2012 | Roda JC | ||
| 2012–2013 | KV Mechelen | ||
| 2014–2015 | Delhi Dynamos | ||
| 2015 | Westerlo | ||
Harm van Veldhoven (twieled fit-28 ta' Settembru 1962) huwa eks-plejer u kowċ tal-futbol Netherlandiż-Belġjan.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Van Veldhoven beda l-karriera tiegħu mat-tim żagħżugħ lokali De Raven. Huwa kien telgħa mill-akkademja ta' SK Lommel fl-età ta' 17. Hu għamel triqtu sal-ogħla livell tal-futbol Belġjan ma' Germinal Ekeren. Huwa mbagħad mar jilgħab għal White Daring Molenbeek u eventwalment mar lura ma' SK Lommel meta huma waslu fl-Ewwel Diviżjoni. It-tlett timijiet li għal van Veldhoven kien attiv bħala futboler f'livell għoli, bħalissa huma kollha xolti.
Hu beda l-karriera tiegħu bħala attakkant. Iżda matul il-karriera tiegħu, huwa lagħab bħala midfilder u diversi drabi bħala difensur.
Meta Harm van Veldhoven leste karriera tiegħu bħala plejer ma' Lommel, sar kowċ assistent. Hu qattgħa biss staġun wieħed biex sar kowċ prinċipali tat-tim. Wara dan, hu kien kowċ ta' FC Brussels fejn magħhom rebaħ it-Tieni Diviżjoni. Dan is-suċċess qajjem l-interess ta' Cercle Brugge, li magħhom għamel 3 snin bħala plejer. Meta l-kuntratt tiegħu ntemm, van Veldhoven mar ma' Germinal Beerschot, fejn it-tim preċedenti tiegħu Germinal Ekeren kien predeċessur. Wara staġun ta' suċċess kbir, huwa ma setax jirrepeti l-kisba tiegħu u kien imkeċċi bħala konsegwenza. Huwa mar lura f'pajjiżu u ffirma għal Roda JC f'Novembru 2008. Hu evita r-relegazzjoni wara l-play offs. Il-kuntratt tiegħu spiċċa fl-2012, li ppermettilu jiffirma ma' KV Mechelen.
Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]Plejer
[immodifika | immodifika s-sors]- Promozzjoni ma' SK Lommel mill-Promozzjoni Belġjana
- Promozzjoni ma' Germinal Ekeren mit-Tielet Diviżjoni
- Promozzjoni ma' Germinal Ekeren mit-Tieni Diviżjoni
- Ċampjin tat-Tieni Diviżjoni ma' RWDM
Kowċ
[immodifika | immodifika s-sors]- Ċampjin tat-Tieni Diviżjoni ma' SK Lommel
- Finali tat-Tazza ma' SK Lommel
- Ċampjin tat-Tieni Diviżjoni ma' FC Brussels
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- "Harm Van Veldhoven". ronaldzwiers.0catch.com (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-09-24.