Guernica (pittura)

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
PicassoGuernica.jpg

Il-Guernica hija pittura ta' Pablo Picasso li turi l-bumbardament ta' Guernica, fi Spanja, minn tmienja u għoxrin ajruplan Ġermaniż fis-26 ta' April 1937 matul il-Gwerra Ċivili Spanjola. Il-gvern Spanjol Repubblikan ikkummissjona lil Pablo Picasso sabiex joħloq mural kbir għall-wirja Spanjola fl-Exposition Internationale des Arts et Techniques dans la Vie Moderne (1937) tal-Espożizzjoni Internazzjonali Pariġina fil-Fiera Dinjija ta' Pariġi 1937.

Il-Guernica turi t-traġedji tal-gwerra u t-tbatija li ġġib fuq l-individwi, b'mod partikulari fuq il-pajżana innoċenti. Dan ix-xogħol laħaq status monumentali u sar tifkira dejjiema tat-traġedji tal-gwerra, simbolu antigwerra u personifikazzjoni tal-paċi. Kif tlestiet il-Guernica, din intweriet madwar id-dinja f'sensiela qasira ta' żjariet u saret famuża u mfaħħra minn bosta. Din is-sensiela ta' żjariet għenet sabiex il-gwerra ċivili Spanjola tiġbed l-attenzjoni tad-dinja.