Aqbeż għall-kontentut

Opossum grazzjuż ta' Aceramarca

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Gracilinanus aceramarcae)
Opossum grazzjuż ta' Aceramarca
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Metatheria
Superordni: Ameridelphia
Ordni: Didelphimorphia
(Gill,1872)
Familja: Didelphidae
(Gray,1821)
Sottofamilja: Didelphinae
Ġeneru: Gracilinanus
(Gardner & Creighton,1989)
Speċi: G. aceramarcae
Isem binominali
Gracilinanus aceramarcae
(Tate,1931)
Firxa tal-Opossum grazzjuż ta' Aceramarca

L-Opossum grazzjuż ta' Aceramarca, magħruf xjentifikament bħala Gracilinanus aceramarcae, huwa mammiferu marsupjal, tat-tribù Thylamyini, fil-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi ġrazzjużi, nativ tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel.

Dan l-opossum grazzjuż huwa marsupjal b' abitudni notturna (attiv bil-lejl) b' attivita minima matul il-ġurnata. Gracilinanus aceramarcae jippreferi jgħix f' abitat ta' foresti subtropikali u tropiklai umdi u huwa mammiferu primarjament arborju (jgħix fis-siġar), għalkemm jingħzel ma' l-art biex jiekol xi frott u jikaċċa.

L-Opossum grazzjuż ta' Aceramarca huwa marsupjal b' dieta omnivora, u tikkonsisti minn frott, insetti u annimali vertebrati u invertebrati żagħar oħra.

Distribuzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Gracilinanus aceramarcae huwa speċi b' distribuzjoni fil-kontinent ta' l-Amerika t'isfel, mifruxa fil-Punent tal-Bolivja u fil-Peru.

Klassifikazjoni

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Nowak, Ronald M.: Walker's Mammals of the World. Johns Hopkins University Press, 1999 ISBN 0801857899
  • Voss, R.S., Lunde, D.P. & Jansa, S.A. 2005. On the Contents of Gracilinanus Gardner & Creighton, 1989, with the Description of a Previously Unrecognized Clade of Small Didelphid Marsupials. American Museum Novitates 3482:1-34, 2005.
  • Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4
  • Infonatura

Ħoloq Esterni

[immodifika | immodifika s-sors]