Aqbeż għall-kontentut

Assoċjazzjoni tal-futbol t'Għawdex

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Gozo Football Association)
Gozo Football Association
Fundazzjoni 1936
Pajjiż Bandiera ta' Għawdex Għawdex
President Alvin Grech
Sit uffiċjali www.gozofa.com

L-Assoċjazzjoni tal-futbol t'Għawdex, magħrufa aħjar bħala l-Gozo Football Association (GFA) hi l-assoċjazzjoni li tiggwida l-logħba tal-futbol f'Għawdex. Din ġiet fundata fis-sena 1936.

L-Assoċjazzjoni tiġi maqsuma f'żewġ diviżjonijiet, l-Ewwel Diviżjoni u t-Tieni Diviżjoni. Torganizza wkoll it-Tazza Għawdxija, it-Tazza tal-Indipendenza, it-Tazza tal-Libertà, il-BOV Super Cup u ħafna aktar.

Il-GFA wkoll kellha tim li jismu Gozo FC mill-istaġun 2008-2009 kien jilgħabu fit-Tieni Diviżjoni Maltija wara li rebħu b'mod konvinċent is-Sezzjoni B tat-Tielet Diviżjoni Maltija; li minn 16-il logħba huma rreġistraw 15-il rebħa u dro. Bħalissa, hemm 14-il klabb Għawdxi u l-Gozo Youth FA affiljaw mal-assoċjazzjoni li hija nnifisha hija assoċjazzjoni membru tal- Assoċjazzjoni tal-Futbol ta' Malta.

Il-bini prinċipali tal-GFA jinsab fil-Grawnd t'Għawdex, li qabel kien magħrufa bħala s-Silver Jubilee Ground, li jinsab fi Triq l-Imġarr fix-Xewkija. Il-Gozo FA mhix membru tal-UEFA jew FIFA iżda membru provviżorju tal-NF-Board.

Uffiċjali tal-Federazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]
Isem Rwol
Alvin Grech President
Joe Camilleri
Paul Galea
Anġlu Grech
Viċi-Presidenti
Joseph Bajada Segretarju Ġenerali
Yvonne Camilleri
Daniel Camilleri
Deputati Segretarji Ġenerali
George Cini Teżorier

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]