Assoċjazzjoni tal-futbol t'Għawdex
Fundazzjoni | 1936 |
---|---|
Pajjiż | Għawdex |
President | Alvin Grech |
Sit uffiċjali | www.gozofa.com |
L-Assoċjazzjoni tal-futbol t'Għawdex, magħrufa aħjar bħala l-Gozo Football Association (GFA) hi l-assoċjazzjoni li tiggwida l-logħba tal-futbol f'Għawdex. Din ġiet fundata fis-sena 1936.
L-Assoċjazzjoni tiġi maqsuma f'żewġ diviżjonijiet, l-Ewwel Diviżjoni u t-Tieni Diviżjoni. Torganizza wkoll it-Tazza Għawdxija, it-Tazza tal-Indipendenza, it-Tazza tal-Libertà, il-BOV Super Cup u ħafna aktar.
Il-GFA wkoll kellha tim li jismu Gozo FC mill-istaġun 2008-2009 kien jilgħabu fit-Tieni Diviżjoni Maltija wara li rebħu b'mod konvinċent is-Sezzjoni B tat-Tielet Diviżjoni Maltija; li minn 16-il logħba huma rreġistraw 15-il rebħa u dro. Bħalissa, hemm 14-il klabb Għawdxi u l-Gozo Youth FA affiljaw mal-assoċjazzjoni li hija nnifisha hija assoċjazzjoni membru tal- Assoċjazzjoni tal-Futbol ta' Malta.
Il-bini prinċipali tal-GFA jinsab fil-Grawnd t'Għawdex, li qabel kien magħrufa bħala s-Silver Jubilee Ground, li jinsab fi Triq l-Imġarr fix-Xewkija. Il-Gozo FA mhix membru tal-UEFA jew FIFA iżda membru provviżorju tal-NF-Board.
Uffiċjali tal-Federazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Isem | Rwol |
---|---|
Alvin Grech | President |
Joe Camilleri Paul Galea Anġlu Grech |
Viċi-Presidenti |
Joseph Bajada | Segretarju Ġenerali |
Yvonne Camilleri Daniel Camilleri |
Deputati Segretarji Ġenerali |
George Cini | Teżorier |