Giorgio Napolitano
Dan l-artiklu dwar persuna huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Giorgio Napolitano (twieled fid-28 ta' Ġunju 1925 – miet fit-22 ta' Settembru 2023) kien il-ħdax-il President tar-Repubblika Taljana, bejn il-15 ta' Mejju 2006 u Jannar 2015. Kien l-ewwel President li ġie elett għat-tieni mandat u l-uniku wieħed li xi darba kien jagħmel parti mill-Partit Komunista Taljan. Fl-20 ta' April 2013, il-Parlament Taljan eleġġieh bħala l-iżjed President anzjan li qatt intgħażel, meta kellu 87 sena.
Qabel kien Speaker tal-Kamra tad-Deputati fl-1992, u Ministru tal-Intern fl-ewwel gvern ta' Prodi. Serva bħala deputat tal-Kamra tad-Deputati bejn l-1953 u l-1996 u senatur għall-għomor mill-2005 sakemm inħatar President sena wara.
Kien it-tielet President li kien ġej minn partit Xellugi, wara Giuseppe Saragat u Sandro Pertini. Bħala President huwa ħatar ħames Prim Ministri: Romano Prodi (2006-2008), Silvio Berlusconi (2008-2011), Mario Monti (2011-2013), Enrico Letta (2013-2014) u Matteo Renzi (2014-2016).