Matteo Renzi

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Matteo Renzi
Data tat-twelid 11 ta' Jannar 1975
Post tat-twelid Firenze, Italja
Firma

Matteo Renzi (Firenze, Italja, 11 ta' Jannar 1975) kien Prim Ministru tal-Italja mill-2014 sal-2016, u mexxej tal-partit ċentru xellugi l-Partito Democratico, li nħatar mexxej tiegħu fit-8 ta' Diċembru 2013. Kien President tal-Provinċja ta' Firenze bejn l-2004 u l-2009, Sindku ta' Firenze fil-ħames snin ta' wara. Huwa nħatar Prim Ministru fit-22 ta' Frar 2014.

Meta nħatar, Renzi kien l-iżgħar Prim Ministru Taljan, fl-età ta’ 39 sena.

Il-Prim Ministru preċedenti, Enrico Letta, mill-istess partit ta' Renzi, irriżenja wara pressjoni kbira li kellu minħabba l-kundizzjoni ħażina tal-ekonomija Taljana. Infatti Renzi kien qal li l-inċertezza fl-Italja setgħet tieqaf biss jekk il-gvern ta’ Letta jieqaf.

Fit-12 ta' Diċembru 2016 huwa rriżenja minn Prim Ministru wara li tilef referendum fuq riformi kostituzzjonali.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]