Aqbeż għall-kontentut

Gaia Cauchi

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Gaia Cauchi
Ħajja
Twelid Mġarr, 19 Novembru 2002 (21 sena)
Nazzjonalità Malta
Edukazzjoni
Lingwi Malti
Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kantant
Premjijiet
List
Moviment artistiku mużika pop
Strument/i tal-mużika vuċi
Gaia Cauchi (2013)

Gaia Cauchi (Mġarr, 19 ta' Novembru 2002) hija kantanta Maltija. Hi rrapreżentat u rebħet f'isem Malta l-Junior Eurovision Song Contest 2013.

Bdiet il-karriera tagħha fil-kant meta kellha biss sentejn u nofs. Illum tistudja f'La Voix Academy immexxija minn Gillian Attard. Ħadet sehem f'bosta kompetizzjonijiet mużikali internazzjonali fosthom fl-2011 fit-trażmissjoni televiżiva Taljana Ti Lascio Una Canzone fejn interpretat il-kanzunetta ta' Tina Turnet, "Proud Mary", kif ukoll kantat . Sena wara, rebħet is-San Remo Junior Music Festival tal-2012.[1]

Fl-2013, il-Public Broadcasting Services (PBS) għażlet lil Gaia biex tieħu sehem fil-Junior Eurovision Song Contest 2013, ġewwa Kjiv, l-Ukrajna.[2] Fil-konkors tat-30 ta' Novembru, Gaia rebħet il-festival bil-kanzunetta "The Start" b'total ta' 130 punt, disgħa aktar mit-tieni klassifikata, l-Ukrajna.[3] B'hekk, Gaia Cauchi saret l-ewwel kantanta Maltija li qatt rebħet il-Junior Eurovision Song Contest kif ukoll l-ewwel persuna Maltija li rebħet konkors organizzat mill-EBU.[4]

  1. ^ WiwiBloggs.com, ed. (28 ta' Settembru 2013). "Gaia Cauchi Will Sing for Malta at Junior Eurovison 2013" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-12-03. Miġbur 2013-12-02. Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  2. ^ Jarmo Siim (26 ta' Settembru 2013). Junior Eurovision (ed.). "Malta picks Gaia Cauchi for Kyiv" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  3. ^ Times of Malta, ed. (30 ta' Novembru 2013). "Updated - Malta wins the Junior Eurovision Song Contest - Gaia 'proud' still can't believe it" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  4. ^ Luke James Fischer (1 ta' Diċembru 2013). Junior Eurovision (ed.). "Malta wins Junior Eurovision 2013!" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]