Francisco Martos
![]() | |||
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Isem sħiħ | Francisco Javier Martos Espigares | ||
| Twelid | 4 ta' Jannar 1984 Alamedilla, Spanja | ||
| Tul | 1.81 m | ||
| Rwol | Difensur lemini | ||
| Informazzjoni fuq il-klabb | |||
| Klabb attwali | Prat | ||
| Mixtliet | |||
| 1993–2003 | Barcelona | ||
| Karriera professjonali | |||
| Snin | Klabb | ||
| 2003–2006 | Barcelona C | ||
| 2006 | Barcelona | ||
| 2006–2007 | CSKA Sofia | ||
| 2007 | Girona | ||
| 2007–2008 | Málaga B | ||
| 2008–2010 | Iraklis | ||
| 2011–2019 | Charleroi | ||
| 2019–2020 | Andorra | ||
| 2020– | Prat | ||
Francisco Javier "Javi" Martos Espigares (Alamedilla, 4 ta' Jannar 1984) huwa plejer tal-futbol Spanjol li jilgħab bħala difensur lemini.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Imwieled ġewwa Alamedilla, Granada, Martos qatta' għaxar snin sħaħ fl-akkademja ta' Barcelona,[1] iżda rrappreżenta biss lit-Tim Ċ. Fl-20 ta' Mejju 2006 hu lagħab l-ewwel u l-unika logħba tiegħu fil-La Liga, meta daħal bħala sostitut minflok Andrea Orlandi fit-tieni taqsima, fit-telfa ta' 1–3 kontra Athletic Bilbao fl-Estadio San Mamés, il-post fejn ġie ssiġillat ir-rebħ tal-kampjonat.[2]
Martos qatta' perjodu qasir mal-klabb Bulgaru ta' CSKA Sofia wara li ġie rilaxxat mill-Blaugrana, qabel ma kompla l-karriera tiegħu fil-futbol dilettantesk, l-ewwel ma' Girona imbagħad ma' Atlético Malagueño. Fis-sajf tal-2008 huwa ssieħeb ma' Iraklis Thessaloniki, fejn mal-ewwel sab postu mal-ewwel ħdax u għen lit-tim għall-għaxar post fil-klassifika tas-Super League għal sentejn konsekuttivament.
Fix-xitwa tal-2011 iffirma kuntratt ma' Charleroi fil-Belġju.[3] Huwa kellu jsofri relegazzjoni mill-Ewwel Diviżjoni, iżda kiseb il-promozzjoni mal-ewwel staġun sħiħ tiegħu.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ↑ "La entrevista: Javi Martos" (bl-Ispanjol). Calentando Banquillo. 2009-10-06. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-04-16. Miġbur 2012-10-31.
- ↑ "Athletic Bilbao 3-1 Barcelona" (bl-Ingliż). ESPN Soccernet. 2006-05-20. Miġbur 2012-10-31.
- ↑ "Javi Martos, oficialmente nuevo jugador del Charleroi" (bl-Ispanjol). Tablón Deportivo. 2011-01-22.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Profil fuq BDFutbol
- (EN) Francisco Martos fuq transfermarkt.de
