Elisha Graves Otis

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn in-navigazzjoni Aqbeż lejn it-tfittxija
Elisha Graves Otis
Otis.jpg
Ħajja
Isem propju Elisha Graves Otis
Twelid Halifax, 3 Awwissu 1811
Nazzjonalità Stati Uniti tal-Amerka
Mewt Belt ta' New York, 8 April 1861
Manjiera tal-mewt kawżi naturali (difterite)
Familja
Missier Stephen Otis
Ulied
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni inventur
tekniku
negozjant
inġinier
Premjijiet

Elisha Graves Otis (twieled fit-3 ta' Awwissu 1811 – miet fit-8 ta' April 1861) kien industrijalista Amerikan, fundatur tal-kumpanija msejħa Otis Elevator Company[1], u inventur ta' apparat tas-sikurezza li jipprevjeni li lift jaqa' jekk ifalli l-kejbil tal-olzar.[2][3]

Ħajja bikrija[immodifika | immodifika s-sors]

Otis twieled f'Halifax, Vermont, u l-ġenituri tiegħu kienu Stephen Otis u Phoebe Glynn.[2] Huwa telaq mid-dar tal-ġenituri tiegħu meta kellu 19-il sena u eventwalment mar jgħix f'Troy, New York, fejn għex għal ħames snin impjegat bħala sewwieq tal-vaguni. Fl-1834, huwa żżewweġ lil Susan A. Houghton u kellhom żewġt itfal, Charles u Norton. Iktar 'il quddiem dik is-sena, Otis bata minn każ terribbli ta' polmonite li kważi qatlitu, iżda qala' biżżejjed flus biex jittrasferixxi lill-mara u lill-iben tagħhom ta' tliet snin lejn Vermont Hills mal-Green River. Huwa ddisinja u bena l-mitħna tad-dqiq tiegħu stess, iżda ma qalax biżżejjed flus minnha, u għalhekk ikkonvertiha f'tagħmir tal-isserrar, għalkemm xorta ma attirax klijenti. Wara li kellu t-tieni iben, huwa beda jibni l-vaguni u l-karrijiet, u kien pjuttost tas-sengħa. Iktar 'il quddiem martu mietet, u ħalliet lil Otis b'żewġ subien, wieħed ta' tmien snin u l-ieħor kien għadu tarbija.

Suċċess u intoppi[immodifika | immodifika s-sors]

Meta kellu 34 sena u bit-tama li jibda ħajja ġdida, huwa reġa' żżewweġ u mar jgħix f'Albany, New York. Huwa ħadem bħala produttur tal-pupi għal Otis Tingely. Peress li kien artiġjan moħħu jilħaqlu u xaba' jaħdem il-ġurnata kollha biex jipproduċi tnax-il ġugarell biss, ivvinta tagħmir robotiku tal-produzzjoni u għamillu l-privattiva. It-tagħmir seta' jipproduċi l-qafas tas-sodod erba' darbiet iktar malajr milli bl-idejn (madwar ħamsin kuljum). L-imgħallem tiegħu tah bonus. Otis imbagħad beda n-negozju tiegħu stess. F'binja mikrija, huwa beda jiddisinja brejk tas-sikurezza li seta' jwaqqaf il-ferroviji minnufih u forn awtomatiku għall-ħami tal-ħobż. Huwa spiċċa kellu jagħlaq meta s-sors ta' ilma li kien qed juża għall-provvista tal-enerġija ġie ddirezzjonat lejn il-belt ta' Albany għall-provvista tal-ilma ħelu tagħha. Fl-1851, huwa l-ewwel mar jgħix fil-Belt ta' Bergen, New Jersey (issa parti mill-Belt ta' Jersey), biex jaħdem bħala mekkanik, imbagħad mar jgħix f'Yonkers, New York, biex jaħdem bħala maniġer ta' impjant tal-isserrar abbandunata li suppost kellu jikkonvertiha f'fabbrika tal-oqfsa tas-sodod.[4]

Suċċess dejjiemi[immodifika | immodifika s-sors]

Dimostrazzjoni tal-mekkaniżmu ta' llokkjar ta' sikurezza ta' Otis fl-1853

Meta kellu 40 sena, waqt li kien qed inaddaf il-fabbrika, huwa beda jistħajjel kif seta' jtella' t-trab u l-ħmieġ kollu sas-sulari ta' fuq tal-fabbrika. Huwa kien sema' bil-pjattaformi tal-olzar, iżda dan spiss kienu jinkisru, u hu ma riedx jissogra. Flimkien mat-tfal tiegħu, li kienu wkoll iħobbu jinnavigaw mat-tagħmir, iddisinjaw il-"lift ta' sikurezza" tagħhom u rnexxielhom jittestjawh b'suċċess. Inizjalment ma tantx kien ħaseb li ħolqu xi kapulavur, tant li la għamel privattiva u lanqas talab għal bonus mis-superjuri tiegħu għalih jew prova jbigħu. Wara li għamel ħafna bejgħ, u wara li l-fabbrika tal-oqfsa tas-sodod qabdet it-triq tan-niżla, Otis ħa l-opportunità biex jikkonvertiha f'kumpanija tal-lifts, li inizjalment kien jisimha Union Elevator Works u iktar 'il quddiem Otis Brothers & Co.

Matul id-diversi xhur ta' wara ma waslitlu l-ebda ordni, iżda ftit wara, il-Fiera Dinjija ta' New York tal-1853 kienet ċans tad-deheb biex jagħmlilha reklami.[4] Fil-Palazz tal-Kristall ta' New York, Otis għaġġeb folla nies meta ordna biex jinqata' l-unika ħabel li kien qed iżomm il-pjattaforma li kien qiegħed bilwieqfa fuqha.[2] Il-ħabel inqata' minn raġel b'mannara, u l-pjattaforma waqgħet ftit pulzieri biss qabel ma waqfet. Il-mekkaniżmu ta' llokkjar ta' sikurezza ħadem, u n-nies beda jkollhom iktar kunfidenza biex jitilgħu f'lifts li jaħdmu bit-trazzjoni; f'qasir żmien dawn il-lifts malajr sar l-iktar tip komuni u għenu biex l-iskyscrapers attwali jkunu jistgħu jitwettqu.

Wara l-Fiera Dinjija, Otis irċieva ordnijiet bla waqfien, li rdoppjaw kull sena. Huwa żviluppa tipi differenti ta' magni, fosthom magna bil-valvoli tal-istim tridirezzjonali, li setgħet tiżgura li l-lifts jiġu fi tranżizzjoni bejn telgħin u neżlin, u jitwaqqfu minnufih.

L-aħħar snin u mewt[immodifika | immodifika s-sors]

Fil-ħin liberu tiegħu, huwa ddisinja u esperimenta bid-disinni antiki tiegħu ta' fran tal-ħami tal-ħobż u ta' brejkijiet tal-ferroviji, u għamel privattiva għal moħriet tal-istim fl-1857, għal forn rotatorju fl-1858, u, flimkien ma' Charles, għal magna tal-istim oxxillanti fl-1860.

Otis laqqat id-difterite u miet fit-8 ta' April 1861 meta kellu 49 sena.[2]

Legat[immodifika | immodifika s-sors]

Ħaddiem tal-kumpanija msejħa Otis Elevator Company ħareġ bit-terminu "escalator" biex jirreferi għat-taraġ mobbli elettroniku kontinwu li seta' jitla' jew jinżel. Il-kumpanija ġiet akkwistata minn United Technologies fl-1976. Mill-ġdid f'April 2020, Otis Elevators Company saret kumpanija indipendenti tal-lifts minn United Technologies.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Otis Elevator Company - When you rise, we shine". OTIS (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-03.
  2. ^ a b c d "Spotlight | National Inventors Hall of Fame". web.archive.org. 2015-02-07. Miġbur 2021-08-03.
  3. ^ Nast, Condé (2008-04-20). "Up And Then Down". The New Yorker (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-03.
  4. ^ a b "Elisha Otis | American inventor". Encyclopedia Britannica (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-03.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]