Du Fu
Du Fu (杜甫) | |
---|---|
![]() | |
Twelid | 712 |
Okkupazzjoni | Poeta |
Influwenza
|
Du Fu (biċ-Ċiniż: 杜甫; bil-Pinjin: Dù Fǔ; bil-Wade-Giles: Tu Fu; 712 – 770) kien poeta prominenti Ċiniż tad-Dinastija Tang. Flimkien ma' Li Hai (Li Po), hu hu spiss imsejjaħ bħala l-ikbar fost il-poeti Ċiniżi.[1] Ix-xewqa kbira tiegħu kienet li jtejjeb lil pajjiżu billi jsir qaddej ċivili ta' suċċess, però naqas li jagħmel dan. Ħajtu, bħall-pajjiż sħiħ, kien magħdur mir-Ribelljoni ta' An Lushan tas-sena 755, u l-aħħar ħmistax-il sena ta' ħajtu kien perjodu mimli attività kontinwa.
Għall-bidu x-xogħlijiet tiegħu ftit li xejn kienu magħrufa fost il-kittieba l-oħra, imma aktar tard ix-xogħlijiet tiegħu kellu jinfluwenzaw bil-kbir il-kultura letterarja kemm dik Ċiniża u anki dik Ġappuniża. Hu kien ġie msejjaħ bħala l-poeta-Storiku u l-Poeta-Saġġ mill-kritika Ċiniża, waqt li l-opri letterarji tiegħu wasslu għall-introduzzjoni tiegħu fl-ambitu tal-kultura tal-Punent bħal "Virġilju, Orazju, Ovidju, Shakespeare, Milton, Burns, Wordsworth, Béranger, Hugo jew Baudelaire".[2]
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]
![]() |
Fil-Wikikwota hemm kollezzjoni ta' kwotazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma': Du Fu |
- Poeżiji ta' Du Fu inklużi fit-300 Selected Tang poems, tradotti minn Witter Bynner
- Poeżiji ta' Du Fu – kollezzjoni ta' poeżiji ta' Du Fu minn tradutturi multipli