Aqbeż għall-kontentut

Diskussjoni:Isaac Newton

Page contents not supported in other languages.
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Artiklu fil-vetrina Isaac Newton hu artiklu fil-Vetrina; dan l-artiklu (jew verżjoni preċedenti tiegħu) ġie identifikat bħala wieħed mill-aqwa artikli prodotti mill-komunità tal-Wikipedija. Anke jekk għandu dan l-istatus, inti tista' taġġornah u ttejbu, dejjem b'fini tajba.
Paġna Prinċipali

Il-verżjoni tal-artiklu tas-26 ta' Ġunju 2009 dehret fil-Paġna prinċipali tal-Wikipedija Maltija matul ix-xahar ta' Lulju 2009.

Chris, ma tantx għandi żmien bħal issa imma hawn xi rimarki ta' malajr:

  • "Figura emblematika fix-xjenzi, hu hu l-aktar magħruf" naqra kerha.
  • "kalkolu/kalkulu" Aquilina jagħti t-tnejn, infatti jagħti kalkulu l-ewwel. Jien nippreferi kalkulu jekk ma jimpurtax billi użajta f'ħafna artikoli oħra tal-matematika.
  • "u flimkien ma' Leibniz, tal-kalkolu infiniteżmali" Flimkien mhux sewwa għax dawn ma tantx kienu ħbieb imma skoprew il-kalkulu fl-istess żmien!


Grazzi u awguri.
Leli Forte (d) 16:50, 22 Ġunju 2009 (UTC)[wieġeb]

Jiena indeċiż fuq kalkolu jew kalkulu... nara li fil-Malti dawn il-kelmiet jintużaw kważi kważi l-istess. Se nirranġa s-sentenza ta' Leibniz biex turi s-sinjifikat t-tajjeb. Grazzi tan-nota ;) —Chrisportelli (d) 19:43, 22 Ġunju 2009 (UTC)[wieġeb]

Skont Aquilina "priżma" m mhux f. Leli Forte (d) 15:33, 24 Ġunju 2009 (UTC)[wieġeb]

Mela issa nirranġa s-sens tas-sentenzi biex jaqblu mal-forma t-tajba. Kont naħseb li priżma hi kelma femminili... kont żbaljat, skużani ;) —Chrisportelli (d) 15:43, 24 Ġunju 2009 (UTC)[wieġeb]

M'għandikx għalfejn tiskuża ruħek, jien dawn il-kliem ifixkluni ħafna. Per eżempju problema tista' tkun f jew m waqt li fit-Taljan hi m. Teorema u sistema fit-Taljan huma m waqt li bil-Malti huma f. Leli Forte (d) 20:34, 24 Ġunju 2009 (UTC)[wieġeb]

Fis-sezzjoni Newton alkimista, xi jfissru eżattament il-kliem sottolinjat: Min-natura tiegħu kien perfezzjonista u ma kienx ikun irid jippubblika materjal li kien iħoss li mhuwiex komplut għal kollox, kif tixhed il-qabża ta' tletin sena mindu meta suppost ikkonċepa l-kalkolu fl-1666 sa meta ppubblika x-xogħol komplut fl-1704, li kellu jwassal għall-polemika infami bejnu u bejn Leibniz. Ikkonċepa jew ikkonċepixxa għax tħawwadt? —Chrisportelli (d) 06:12, 25 Ġunju 2009 (UTC)[wieġeb]

Ridt ngħid "minn meta jaħsbu li ġietu l-idea tal-kalkolu". Ħarist lejn Aquilina u hu jagħti "ikkonċepixxa".
Fuq ħaġa oħra: Aħjar inħallu "Lucasjan" minflok "Lukasjan" għax immsemmi għal Henry Lucas.
Grazzi għax-xogħol li qed tagħmel.
Leli Forte (d) 13:24, 25 Ġunju 2009 (UTC)[wieġeb]

Grazzi ;) —Chrisportelli (d) 13:33, 25 Ġunju 2009 (UTC)[wieġeb]