Diskussjoni:Charles Darwin
Charles Darwin hu artiklu fil-Vetrina; dan l-artiklu (jew verżjoni preċedenti tiegħu) ġie identifikat bħala wieħed mill-aqwa artikli prodotti mill-komunità tal-Wikipedija. Anke jekk għandu dan l-istatus, inti tista' taġġornah u ttejbu, dejjem b'fini tajba. | |
Il-verżjoni tal-artiklu tat-3 ta' Mejju 2009 dehret fil-Paġna prinċipali tal-Wikipedija Maltija matul ix-xahar ta' Mejju 2009. |
- Plural ta' "speċi": "speċi" jew "speċijiet"? Fl-artikli l-oħra li għandhom x'jaqsmu mal-bijoloġija intużat "speċijiet". X'taħsbu?
- Nomi li fil-futur medju m'hemm l-ebda ċans li jinkitbu artikli fuqhom, għandna nagħmlu ħolqa minnhom?
- "sangisug" jew "sangwisug"? Jieh dejjem smajtha "sangisug"!
- "allavolja" jew "alavolja"?
- "enfasizza" jew "enfatizza"? Bit-Taljan "enfatizzare".
Leli Forte 10:34, 3 Mejju 2009 (UTC)
- diskussjoni trasferita minn Diskussjoni utent:Rmjd
- Dan huwa li skoprejt:
- Id-dizzjunarju ta' Aquilina tagħni x'nifhem li "species" iżżomm il-forma "speċi" anke fil-plural u minn tiftixa li għamilt fuq l-internet tal-kelma jirriżulta li "speċijiet" mhix użata minn sorsi ta' informazzjoni wisq affidabbli.
- Smajt sewwa...ngħidu "sangisug" u d-dizzjunarju hekk biss itiha.
- L-ebda mit-tnejn ma nuża fil-kitba jiena. "Minkejja" hija ħafna isbaħ u formali.
- U nixtieq inħeġġiġkom tkomplu fuq l-idea tal-Vetrina, għoġbitni ħafna. --Rmjd 10:47, 3 Mejju 2009 (UTC)
Dawn huma l-ħsibijiet tiegħi:
- Jien ftit li xejn smajt bil-plural speċijiet. Il-forma l-aktar aċċetata hi speċi, kemm bħala plural u kemm bħala singular
- Fuq sangisug, għamilt riċerka ħafifa u sibt li din hi l-forma aċċettata. (skużawni tal-intervent)
- Alavolja tinkiteb b'l waħda, waqt li enfasizza ġejja mill-kelma enfasi, għalhekk l-użu ta' s minflokk t.
Skużani Leli, ma stajtx nifhem eżatt it-tieni punt li ħallejt. Jekk tispjegah aħjar, ikun aħjar. Grazzi —Chrisportelli (d) 11:13, 3 Mejju 2009 (UTC)
- Chris u Rmjd grazzi għall-kummenti tagħkom.
- It-tieni punt kien: Nomi li fil-futur medju m'hemm l-ebda ċans li jinkitbu artikli fuqhom, għandna nagħmlu ħolqa minnhom?
- Veru li forsi "minkejja" hi aħjar minn "a(l)lavolja" imma la għandna żewġ kelmiet tajjeb li nvarjaw u daqqa nużaw waħda u daqqa l-oħra. Bħal issa mhux qiegħed Malta, tistgħu tagħmluli pjaċir u tikkonfermaw l-ortografija minn Aquilina pereżempju.
- Bit-Taljan in-nom hu "enfasi" u l-verb "enfatizzare". Il-Malti jimxi mat-Taljan f'dal każ?
- It-tieni punt kien: Nomi li fil-futur medju m'hemm l-ebda ċans li jinkitbu artikli fuqhom, għandna nagħmlu ħolqa minnhom?
- Grazzi u Awguri
- Leli Forte 13:47, 3 Mejju 2009 (UTC)
Jien qatt ma smajt bil-Malti l-kelma emfatizza; aktar emfasizza smajt. Riċerka ħafifa fuq Google sibt li emfasizza tintuża bil-bosta, waqt li emfatizza qatt ma rajtha. Forsi teżisti, ma rridx inkun suġġettiv iż-żejjed, però aħjar li nsibu konferma għaliha. U bilħaq, qed nerġa' nagħti titwila lejn l-artiklu l-vera ġie artikli tajjeb. Prosit! —Chrisportelli (d) 13:58, 3 Mejju 2009 (UTC)
- Jidher li skont Aquilina: "allavolja" u "enfasizza". Leli Forte 14:50, 3 Mejju 2009 (UTC)
Bil-Malti teżisti konsangwinejtà? Naf li ttraduċejta mill-Franċiż, però ma nafx jekk hix it-traduzzjoni tajba. Min-naħa l-oħra ma nafx eżattament x'nistgħu nużaw għal inbreeding, li suppost hu s-sinjifikat tal-kelma. —Chrisportelli (d) 15:14, 3 Mejju 2009 (UTC)
Id-dizzjunarju jagħti "żwieġ/tiżwiġ bejn nies u bhejjem qrib xulxin mid-demm" għal "inbreeding" u għal "inbred" jagħti "konġenitu". Min-naħa l-oħra għal "konsangwinità" jagħti "consanguinity; blood-relationship". Jgħin dan b'xi mod?--Rmjd 16:13, 3 Mejju 2009 (UTC)
Mistoqsijiet u suġġerimenti
[immodifika s-sors]Peres li tiswija tal-kitba bil-Malti mhix propju hobż għall-snieni ħallejt noti hawn ta' ftit kliem li laqatni stramb minflok li nċappas fil-paġna nnifisha --Joelemaltais 16:24, 3 Mejju 2009 (UTC) :
- tabba
--> tgħabba??
- estwarju
--> Fil-bokka tax-xmara / fejn tiftaħ ix-xmara / ftuħ ix-xmara
- predikatur
--> ?
- Fl-ewwel inżul tagħhom fil-gżira ta' Santiago fil-Kap Verde,...
--> l'ewwel darba li niżlu/rifsu fil-gżira ta' Santiago fil-Kap Verde,...
- maġġurdomu
--> ?
- immutabbli
--> ma jinbidlu qatt
- espliċita
--> ċara / bla dubju / li ma tħalli l'ebda dubju
- abbiltajiet
--> ħila / ħilijiet?
- annimali marini
-->?? annimali tal-baħar
- Matul ix-xhur ta' wara,
--> Fix-xhur ta' wara
- L-ewwel u l-aħħar punt ġew irranġati fl-artikli. Fuq il-kelma maġġurdomu, teżisti fil-Malti, u minflokha ma nistgħux nużaw sostituti oħra minħabba li, la bħal qaddej u lanqas servjent ma jfissru l-istess bħal maġġurdomu. Minflok abbiltajiet nistgħu nużaw ħiliet biex ma nibqgħux nużaw dejjem l-istess termini. Fuq espliċita, jew inħalluha kif inhi jew minflok nużaw il-kelma ċara li pproponejt int. Ma narax il-bżonn li nibdlu annimali marini għal annimali tal-baħar; fl-aħħar mill-aħħar dawn jagħtu l-istess tifsira u naraha aktar konvenjenti li nqassru. —Chrisportelli (d) 16:36, 3 Mejju 2009 (UTC)
l-aġġettiv "marini" ma jeżistix fil-Malti u għalhekk nissuġġerixxi li nkunu korretti u nagħmluha "tal-baħar".--Rmjd 16:40, 3 Mejju 2009 (UTC)
Saru t-tibdiliet neċessarji —Chrisportelli (d) 18:39, 3 Mejju 2009 (UTC)
Veru nistgħu nużaw frażi minflok ċertu kliem:
- immutabbli--> ma jinbidlu qatt
- espliċita--> ċara / bla dubju / li ma tħalli l'ebda dubju
- abbiltajiet--> ħila / ħilijiet?
- annimali marini-->?? annimali tal-baħar.
Però jien jidhirli li għandna nwessgħu il-vokabularju anki meta forsi dawn il-kliem mhumiex fid-dizzjunarji, inkella l-lingwa qatt ma tiżviluppa. Wara kollox dawn il-kliem jinftehmu mill-ewwel minn kulħadd. Din bħad-differenza bejn "English" u "Simple English"!
Leli Forte 19:13, 3 Mejju 2009 (UTC)
- Ma naqbilx miegħek hawn Leli Forte. Xorta waħda jidhirli li bħala wikipedjani m'għandniex nabbużaw mil-ħila li nkunu preskrittivi fil-lingwa. L-argument tal-iżvilupp tal-lingwa naqbel miegħu biss meta l-lingwa jkollha tissellef minħabba nuqqas, mhux fuq bażi ta' kemm kelma tiftihem jew le għax b'hekk tidħol fin-nassa tal-"kollox jgħaddi".--Rmjd 19:38, 3 Mejju 2009 (UTC)
- Iż-żewġ pożizjonijiet dejjem nerġgħu nidħadtu fuqhom :°> (per. eż. hawn). U naħseb bir-raġun: is-sistema bi-/trilingwa b'sehmijiet ta' qawwa u mira differenti fuq il-ħsieb tibqa toħloq kunflitt u dejjem tirrikjedi sforz. Fuq naħa waħda metafori sbieħ u qawwija bi kliem mgħadud fis-sistema tal-ħsejjes, fuq naħa oħra ir-relevanza ta' l'għaqda ma dinamika akbar ta'kunċetti ġodda fil-bqija tad-dinja, mgħoddijin permeżż tat-taljan u l'ingliz – iz zewġ lingwi b'ċertu qabda u aċċessibli. Fl’aħħar mill-aħħar, li jgħodd, hux hekk il-kliem qed isaħħah il-ħsieb jew le.--Joelemaltais (d) 22:31, 9 Mejju 2009 (UTC)
X'jiġifieri "bħala student intern"? Jiena, kieku nkun qed naqra dan l-artiklu ma nifimhiex din il-parti; aħjar li kieku tħalliet bħal qabel... —Chrisportelli (d) 13:46, 5 Mejju 2009 (UTC)
- il entre à l’école anglicane voisine, l'école de Shrewsbury, comme interne "interne" hawn tfisser "boarder" u l-kelma boarder tidher li ma ntgħoġbitx, għalhekk "student intern". Jekk ma tgħoġbikx nistgħu inħalluha barra, mhux importanti ħafna. Leli Forte (d) 13:55, 5 Mejju 2009 (UTC)
suġġeriment ieħor:
- stabbilixxih --> stabbilih?
- ikkonċepixxa --> fassal / sawwar
- Fuq "stabbilixxih/stabbilih" ma nafx, insaqsu.
- "fassal/sawwar" ma jfissrux l-istess bħal "ikkonċepixxa", forsi hemm xi kelma oħra.
- Leli Forte (d) 08:42, 8 Mejju 2009 (UTC)
- Bħala żagħżugħ, Charles Darwin ngħaqad max-xjentifika Brittanika. Ritratt bl-akwarelli ta' George Richmond lejn tard is-snin tletin tas-seklu dsatax. --> jista' jkun li hawn hawn hemm nom nieqes? --Joelemaltais (d) 17:21, 9 Mejju 2009 (UTC)
Grazzi. Charles Darwin ngħaqad mal-élite xjentifika Brittanika. Forsi hemm kelma aħjar, "il-fjur tal-komunità xjentifika"? Awguri. Leli Forte (d) 18:24, 9 Mejju 2009 (UTC)
- Fjur tispira ruħa aktar mil-kunċett u kliem Franċiż. Però ma naħsibx li dan jestendi għal assoċjazzjoni ta kunċetti bil-Malti. Tajt titwila lid-definizzjoni bl'Ingliż - frażi bħal Charles Darwin ngħaqad mal-komunità ta' l-aqwa xjentifiċi Brittaniċi inħossa tolqot it-tifsira sew.--Joelemaltais (d) 21:09, 9 Mejju 2009 (UTC)
- Naqbel, prosit u grazzi.
- Fuq "stabbilixxih/stabbilih" saqsejt lilUtent:Rmjd u Utent:Chrisportelli u ma jaqblux.
Awguri.Leli Forte (d) 22:11, 9 Mejju 2009 (UTC)
Mela għamilt naqra ħin naħseb fuq din il-problema u kkonsultajt ukoll Aquilina. Taħt "stabiliment" jagħti "stabbilit" jiġifieri loġikament minn hekk nagħmlu "stabbilih"; naħseb dan nistgħu nikkonfermawh billi minn "iddefinixxa" nagħmlu "iddefinih" mhux "iddefinixxih" (iċċekkjajtha wkoll). Jiġifieri, skużawni naħseb li kelli żball in-naħa l-oħra. "stabbilih" hija t=tajba.--Rmjd (d) 23:04, 9 Mejju 2009 (UTC)
Mela "stabbilih". Bdlitha! Leli Forte (d) 09:25, 10 Mejju 2009 (UTC)
Artiklu fil-Vetrina
[immodifika s-sors]Il-verżjoni tat-20:21, 3 Mejju 2009 ġiet eletta għall-artiklu fil-vetrina wara qbil bejn l-utenti attivi ta' din il-wiki. Dan hu l-ewwel artiklu fil-vetrina ta' din il-wiki. Prosit kbira lil dawk li ħadmu f'dan l-artiklu u fil-kostruzzjoni tiegħu. —Chrisportelli (d) 19:36, 3 Mejju 2009 (UTC)