Aqbeż għall-kontentut

Ding Ling

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Ding Ling
deputat tal-Kungress Nazzjonali tal-Poplu taċ-Ċina

Ħajja
Twelid Linli County (en) Translate, 12 Ottubru 1904
Nazzjonalità Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
Repubblika taċ-Ċina
Mewt Beijing, 4 Marzu 1986
Post tad-dfin Babaoshan Revolutionary Cemetery (en) Translate
Familja
Omm Yu Manzhen
Konjuga/i Hu Yepin (en) Translate
Edukazzjoni
Alma mater International Writing Program (en) Translate
Lingwi Ċiniż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kittieb
politiku
drammaturgu
Xogħlijiet importanti Miss Sophia's Diary (en) Translate
Premjijiet
List
Sħubija League of Left-Wing Writers (en) Translate

Ding Ling(Ċiniż: 丁玲 pinyin: Dīng Líng (twieldet fit-12 ta’ Ottubru 1904 u mietet fl-4 ta’ Marzu 1986). Jiang Bingzhi (Ċiniż simplifikat: 蒋冰之; Ċiniż tradizzjonali 蔣冰之; Pinyin: Jiǎng Bīngzhī) kien il-psewdonomu tagħha. Ling kienet magħrufa wkoll bħala Bin Zhi《彬芷》 (Pinyin: Bīn Zhǐ), u meqjusa bħala waħda mill-aktar kittieba nisa popolari tas-seklu għoxrin, b’kontribuzzjonijiet għal-letteratura feminista u soċjorealistika. [1]

Ling kienet attiva fi ċrieki letterarji xellugin li kienu affiljati mal-Partit Komunista Ċiniż. Hija ntbagħtet il-ħabs mill-Partit Nazzjonalista għall-ideat politiċi tagħha. Iktar tard saret il-kap tal-komunità letterarja Komunista bbażata f’Yan’an. Fiż-żmien bikri tal-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, hija kienet tokkupa pożizzjonijiet għolja fl-oqsma tal-kultura u l-letteratura. Fl-1951, ġiet mogħtija t-tieni premju Stalin tal-Unjoni Sovjetika għax-xogħol letterarju soċjorealistiku tagħha The Sun Shines Over Sanggan River. Wara l-kampanja kontra l-fazzjoni politika leminija Ċiniża tal-1958, Ling ġiet iddenunzjata, ikkundannata, u eżiljata fil-Manchuria. Hija ntbagħtet lura ċ-Ċina fl-1979 sakemm mietet f’Beijing fl-1986.

Litteratura u Politika

[immodifika | immodifika s-sors]

F’Diċembru tal-1927, f’Beijing, Ling kitbet u ppubblikat l-ewwel rumanz tagħha《梦珂》(Pinyin: mèng kē; Ingliż: Meng Ke). Dan ir-rumanz ġie ppubblikat fir-rivista Fiction Monthly u jiddeskrivi l-ġlieda ta’ tfajla mwielda f’Shanghai f’familja burokratika li bdiet titlef il-poter soċjali tagħha. Din it-tema, li tikkonċerna l-kwistjonijiet tan-nisa, ġiet apprezzata mill-kap editur Ye Shengtao.

Fi Frar tal-1928, Ling ippubblikat Miss Sophia’s Diary fir-rivista Fiction Monthly. F’din il-pubblikazzjoni, il-protagonista tiddeskrivi d-dwejjaq u l-konfuzjoni romantika u sesswali tagħha, emozzjonijiet li qajmu furur fid-dinja letterarja. Miss Sophia’s Diary, jenfasizza l-assoċjazzjoni u t-twemmin ta’ Ling fil-moviment New Woman fis-snin għoxrin. F’dak iż-żmien, Ling u Yepin kienu ta’ spiss jivjaġġaw min Beijing għal Shanghai. Bejn Marzu u Lulju tal-istess sena, Ling u Yepin għexu f’Hangzhou sakemm reġgħu rritornaw lura f’Shanghai.

F’dan iż-żmien, Ling iltaqgħet ma’ Feng Xuefeng, kittieb, u li b’differenza minn Yepin, kien attivista u membru tal-Partit Komunista. Ling u Xuefeng saru jinħabbu, iżda wara taħdita twila li saret fl-aħħar ta’ Frar f’Hangzhou bejn Ling, Xuefeng u Yepin, Xuefeng ma baqax fl-istorja u Ling u Yepin iżżewġu u bdew jgħixu flimkien f’Shanghai. Ling qalet “Jien għext ma’ Yepin għal sentejn u nofs sħaħ, u qatt ma kont naħseb li ser naċċetta li niżżewġu.’’ Madankollu, lanqas ma rrifjutajt l-emozzjonijiet tiegħu lejja. Huwa tani diversi affarijiet li ma rrifjutajtx. Għalkemm bejnietna kellna ftehim, dan stajna nħassruh meta rridu. Jiena u Yepin ma konniex koppja miżżewġa avolja ħafna kienu jaħsbu hekk. Meta tkellimt dwar l-emozzjonijiet li kont qed inħoss bdejt nibża’ li stajt nitilfu.”[2]

Fis-sajf tal-1928, Ling u Yepin telqu minn Beijing għal Shanghai, u għexu fil-konċessjoni Franċiża ta’ Shanghai. Hemmhekk huma waqqfu dar ta’ pubblikazzjoni biex flimkien ma’ Shen Congwen ikunu jistgħu jippubblikaw ir-rivista Red and Black. Fil-bidu tal-1929, Ling bdiet teditja u tippubblika r-rivista《人间月刊》(Pinyin: rénjiān yuèkān; Ingliż: Human World Monthly), iżda dawn iż-żewġ rivisti ma baqgħux jiġu ppubblikati. Ling u Yepin kienu finanzjarjament batuti tant li kienu jgħixu bil-flus li kienet tibgħatilhom omm Ling. Fix-xitwa tal-1929 Ling kitbet ir-rumanz《韋護》(Pinyin: wéihù; Ingliż: Protection). Dan ir-rumanz kien ibbażat fuq l-istorja ta’ mħabba bejn il-ħabiba ta’ Ling, Wang Jianhong u l-membru tal-Partit Komunista, Qu Qiubai.[3]

Fi Frar tal-1930, Yepin mar Jinan biex jgħallem f’Shandong Provincial Senior High School. Ftit wara ngħaqdet miegħu Ling. F’Jinan, Yepin aċċetta li jibda jippromwovi l-ideoloġiji ta’ Marx u Lenin. Dan kollu ġibed l-attenzjoni tal-Kuomintang. F’Mejju ta’ dik is-sena, wara li Ling saret taf li Yepin qiegħed f’riskju li jiġi arrestat, it-tnejn li huma ħarbu lura lejn Shanghai u ngħaqdu mal-Lega tal-Kittieba Xellugin li kienet affiljata mal-Partit Komunista. F’Novembru tal-1930, Ling u Yepin kellhom tifel li semmewh Jiang Zulin, u li tawh il-kunjom oriġinali ta’ ommu minflok il-kunjom ta’ missieru. Fis-17 ta’ Jannar tal-1931, Yepin ġie arrestat mill-Gvern Kuomintang għar-rabtiet tiegħu mal-Komunisti. Fis-7 ta’ Frar, huwa nqatel bi sparatura ħdejn it-tempji ta’ Longhua f’Shanghai. Ling, imnikkta b’din l-aħbar, bagħtet lil binha, li kellu inqas minn mitt ġurnata, lura f’Hunan biex tkun tista’ trabbieh ommha. Biex tfakkar il-mewt ta’ Yepin, f’Mejju, Ling ippubblikat The Birth of a Man, kollezzjoni li kitbet ma’ Yepin stess. Wara, Ling ipparteċipat fit-twaqqif tal-pubblikazzjoni《北斗》(Pinyin: Běidǒu; Ingliż: Big Dipper) tal-Lega tal-Kittieba Xellugin u f’Novembru marret tgħix mat-traduttur Feng Da. F’Marzu tal-1932, hija ngħaqdet mal-Partit Komunista Ċiniż, u saret is-segretarja tal-Lega tal-Kittieba Xellugin[4], wara Qing Xingcun.

  1. "Ding Ling | Chinese author | Britannica". www.britannica.com (bl-Ingliż). Miġbur 2023-03-16.
  2. 丁玲, 19 ta' Diċembru. Konverżazzjoni rrekordjata fil-ktieb tagħha "The Biography of Ding Ling"
  3. Ding, Ling (1982). ""I am the Daughter of the People",". "The Complete Works of Ding Ling" (biċ-Ċiniż). 8.
  4. Alber, Charles J. (2004). Embracing the lie : Ding Ling and the politics of literature in the People's Republic of China. Westport, Conn.: Praeger.