Aqbeż għall-kontentut

Dinastija Nasrija

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Dinastija Nasrija

بنو نصر (Bnu Nasar)

Dar ġenitur Bnu Ħażraġ
Pajjiż Imaret il-Għarnata (Emirat ta' Granada)
Imwaqqfa 1232 W.K.; 792 snin ilu (1232)
Fundatur Muħammed I ta' Granada
Ħakkiem l-aħħar Muħammed XII ta' Granada
Depożizzjoni 2 Jannar 1492; 532 snin ilu (Trattat ta' Granada)

Id-dinastija Nasrija (Għarbi: بنو نصر, b'ittru Latini: Banū Naṣr, "Ulied Nasar" jew النصريون, b'ittri Latini: an-Nasrijūn, "in-Nasrin" jew بنو الأحمر, b'ittri Latini: Banū al-Aħmar, "Ulied l-Aħmar"; Spanjol: Nazarí; Ingliż: Nasrid dynasty) kienet dinastija Għarbija li ħakmet l-Emirat ta’ Granada mill-1232 sal-1492.[1][2] Kienet l-aħħar dinastija Misilma fil-Peniżola Iberika. Tlieta u għoxrin slaten ħakmu Granada mit-twaqqif tad-dinastija fl-1232 minn Muħammed I sat-2 ta’ Jannar 1492, meta Muhammad XII ċeda l-artijiet kollha lil Isabella I ta’ Kastilja. Illum, l-aktar evidenza viżibbli tad-dinastija Nasrija hija l-kumpless tal-palazz ta' l-Ħamra (Alhambra) mibni taħt ir-renju tagħhom.

Sfond storiku

[immodifika | immodifika s-sors]

Id-dinastija mwaqqfa minn Muħammed I ta' Granada kellha territorju li kien jinkludi Granada, Jaén, Almería, u Málaga. Valencia, Játiva, u Jaén ġew maħkuma mill-Insara matul il-kampanji tar-Reconquista u fil-biċċa l-kbira, in-Nasrin saru vassalli li jħallsu ġieħ mill-1243. Granada kompliet bħala ċentru tal-kultura Iżlamika. In-Nasrin aktar tard iffurmaw alleanzi mal-Marinin tal-Marokk.[3]

Snajja n-Nasrin bħax-xogħol tat-tessuti bħall-overglaze taċ-ċeramika użaw tekniki mis-seklu 9 f'Bagdad u ġew applikati biex jagħmlu tleqqija, l-ewwel f'Málaga, Murcia, u Almería, u mbagħad sas-seklu 15 f;Manises. Dan l-istil ta' fuħħar prodott l-ewwel taħt il-patroċinju Mislem, imbagħad Kristjan, influwenza l-istil aktar tard ta' ċeramika Taljana ikkulurita u igglejżjata magħrufa bħala maiolica. Matul is-seklu 14, in-Nasrin huma nnotati għall-arkitettura tal-palazz tagħhom bħall-Alhambra, li kienet prodott tal-isforzi ta' Ismagħel I u Muħammed V.[3]

Fl-1469, Ferdinandu II ta' Aragona żżewweġ lil Isabella I ta' Kastilja, u dan irriżulta fl-għaqda tar-renji Kristjani ta' Kastilja u Aragona. Il-monarki kellhom kawża komuni biex jirbħu l-aħħar renju Mislem fil-Peniżola Iberika. Matul iż-żmien li l-Insara kienu qed iniedu kampanja kontra l-Emirat ta’ Granada li effettivament ittemm id-dinastija Nasrija, in-Nasrin kienu impenjati fi gwerra ċivili fuq it-tron ta’ Granada. Meta Abu l-Ħasan Għali, Sultan ta' Granada, tkeċċa minn ibnu Muħammed XII, Abu l-Ħasan Għali irtira lejn Málaga u faqqgħet gwerra ċivili bejn il-fazzjonijiet kompetituri. L-Insara ħadu vantaġġ sħiħ minn dan u komplew jaqbdu fortizzi Misilmin. Muħammed XII inqabad mill-forzi Kristjani fl-1483 f'Lucena, Córdoba. Inħeles wara li ħalef lealtà lil Ferdinandu II ta' Aragona u Isabella I ta' Kastilja. Abu l-Ħasan Għali finalment abdika favur ħuh Muħammed XIII, Sultan ta' Granada, magħruf bħala ż-Żagħal (il-Qalbieni), u kompliet ġlieda għall-setgħa ma' Muħammed XII. Iż-Żagħal rebaħ fil-ġlieda ta' ġewwa iżda kien sfurzat li jċedi lill-Insara. Muħammed XII ċeda Granada lil Ferdinandu u Isabella fl-1492 u ngħata sjieda fil-muntanji Alpujarras, iżda minflok ħa kumpens finanzjarju mill-kuruna Spanjola biex titlaq mill-Peniżola Iberika.[4] Il-bqija tal-popolazzjoni Misilma ngħatat l-istatus ta' mudéjar.[3]

Id-dinastija Nasrija kienet imnissla mit-tribù Għarbi ta' Bnu Ħażraġ,[5] u ddikjarat dixxendenza diretta tal-irġiel minn Sagħad bin Għubada, ir-rejjes it-tribù u wieħed mis-sħab tal-profeta Iżlamiku Muħammed.[6]

Siġra tal-familja

[immodifika | immodifika s-sors]

Is-siġra tal-familja hawn taħt turi r-relazzjoni ġenealoġika bejn kull sultan mid-dinastija Nasrin.[7][8] Jibda bl-antenat komuni tagħhom, Jusuf l-Aħmar. Il-bniet jitħallew barra, bħalma huma wlied subien li d-dixxendenti tagħhom qatt ma ssaltan. Matul żminijiet ta' pretensjonijiet rivali għat-tron, is-siġra tal-familja ġeneralment tirrikonoxxi lis-sultan li kkontrolla l-belt ta' Granada stess u l-palazz tal-Alhambra.

Ċitazzjonijiet

[immodifika | immodifika s-sors]
  1. ^ Bosworth, Clifford Edmund (1996). "The Nasrids or Banu 'l-Ahmar". The New Islamic Dynasties: A Chronological and Genealogical Manual (bl-Ingliż). Edinburgh University Press. pp. 22–23. ISBN 978-0748696482.
  2. ^ Boloix-Gallardo, Bárbara (2021). "Granada, Capital of al-Andalus and Core of the Nasrid Kingdom (7th–9th/13th–15th Centuries)". A Companion to Islamic Granada (bl-Ingliż). Brill. p. 122. ISBN 978-90-04-42581-1.
  3. ^ a b ċ "The Art of the Nasrid Period (1232–1492)". Metropolitan Museum of Art. Miġbur 17 September 2019. Żball fl-użu tar-referenzi: Invalid <ref> tag; name "met" defined multiple times with different content
  4. ^ Barton, Simon (2009). A History of Spain. London: Palgrave Macmillan. p. 104. ISBN 978-0-230-20012-8.
  5. ^ Harvey 1992.
  6. ^ Hitti, Philip K. (2002). History of The Arabs (bl-Ingliż). Palgrave Macmillan. p. 549. ISBN 978-1-137-03982-8.
  7. ^ Prescott, William Hickling (1995). The Art of War in Spain: The Conquest of Granada, 1481–1492 (Edited extract from Prescott's History of the Reign of Ferdinand and Isabella the Catholic published in 1838) (bl-Ingliż). Greenhill Books. ISBN 978-1-85367-193-7.
  8. ^ Lane-Poole, Stanley (1894). The Mohammedan Dynasties: Chronological and Genealogical Tables with Historical Introductions. Westminster: Archibald Constable and Company. p. 29. OCLC 1199708.

Referenzi ġenerali u ċċitati

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Fernández Puertas, Antonio (1997). The Alhambra. Vol 1. From the Ninth Century to Yusuf I (1354). Saqi Books. ISBN 0-86356-466-6.
  • Fernández Puertas, Antonio (1997). The Alhambra. Vol. 2. (1354–1391). Saqi Books. ISBN 0-86356-467-4.
  • Harvey, Leonard Patrick (1992). Islamic Spain 1250 to 1500. University of Chicago Press. ISBN 0-226-31962-8.
  • Watt, W. Montgomery (1965). A History of Islamic Spain. Edinburgh University Press. ISBN 0-7486-0847-8.
  • Arié, Rachel (1990). L'Espagne musulmane au Temps des Nasrides (1232–1492) (bil-Franċiż) (2nd ed.). De Boccard. ISBN 2-7018-0052-8.
  • Bueno, Francisco (2004). Los Reyes de la Alhambra. Entre la historia y la leyenda (bl-Ispanjol). Miguel Sánchez. ISBN 84-7169-082-9.
  • Cortés Peña, Antonio Luis; Vincent, Bernard (1983–1987). Historia de Granada. 4 vols (bl-Ispanjol). Editorial Don Quijote.
  • Miranda, Ambroxio Huici (1970). "The Iberian Peninsula and Sicily". F' Holt, P.M; Lambton, Ann K.S.; Lewis, Bernard (ed.). The Cambridge History of Islam. 2A. Cambridge University Press.
  • Castro, Francisco Vidal (2018). "Ismail III". Real Academia de la Historia.
  • Castro, Francisco Vidal (2018a). "Ismail IV". Real Academia de la Historia.